aboutsummaryrefslogtreecommitdiffstats
path: root/common/EUPL1.1/mt
blob: c0bd875b47967fc4a4fab8b459948f86a923984c (plain) (blame)
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
27
28
29
30
31
32
33
34
35
36
37
38
39
40
41
42
43
44
45
46
47
48
49
50
51
52
53
54
55
56
57
58
59
60
61
62
63
64
65
66
67
68
69
70
71
72
73
74
75
76
77
78
79
80
81
82
83
84
85
86
87
88
89
90
91
92
93
94
95
96
97
98
99
100
101
102
103
104
105
106
107
108
109
110
111
112
113
114
115
116
117
118
119
120
121
122
123
124
125
126
127
128
129
130
131
132
133
134
135
136
137
138
139
140
141
142
143
144
145
146
147
148
149
150
151
152
153
154
155
156
157
158
159
160
161
162
163
164
165
166
167
168
169
170
171
172
173
174
175
176
177
178
179
180
181
182
183
184
185
186
187
188
189
190
191
192
193
194
195
196
197
198
199
200
201
202
203
204
205
206
207
208
209
210
211
212
213
214
215
216
217
218
219
220
221
222
223
224
225
226
227
228
229
230
231
232
233
234
235
236
237
238
239
240
241
242
243
244
245
246
247
248
249
250
251
252
253
254
255
256
257
258
259
260
261
262
263
264
265
266
267
268
269
270
271
272
273
274
275
276
277
278
279
280
281
282
283
284
285
286
287
288
289
290
291
292
293
294
295
296
297
298
299
300
301
302
303
304
305
306
307
308
Liċenzja Pubblika tal-Unjoni Ewropea
v.1.1

EUPL © il-Komunità Ewropea 2007

Din il-Liċenzja Pubblika tal-Unjoni Ewropea (l-“EUPL”)[EUPL: "European Union Public Licence"]
tapplika għax-Xogħol jew is-Softwer (kif definit hawn taħt) li jiġi pprovdut skont it-termini
ta' din il-Liċenzja. Kwalunkwe użu tax-Xogħol, għajr kif awtorizzat permezz ta' din
il-Liċenzja, huwa pprojbit (sakemm tali użu ma jkunx kopert bid-drittijiet tal-awtur tax-Xogħol).

Ix-Xogħol Oriġinali huwa pprovdut skont ir-rekwiżiti ta' din il-Liċenzja meta lKonċedent
tal-Liċenzja (kif definita hawn taħt) ikun ħareġ l-avviż li ġej immedjatament wara li jkun
inħareġ l-avviż tad-drittijiet tal-awtur (copyright notice) għax-Xogħol Oriġinali:

    Mogħti liċenzja f'konformità mal-EUPL v.1.1

jew tkun esprimiet b'xi mod jew ieħor ix-xewqa li tagħti liċenzja f'konformità malEUPL.


1. Definizzjonijiet

F'din il-Liċenzja, it-termini li ġejjin għandhom dawn it-tifsiriet:

-   Il-Liċenzja: din il-Liċenzja.

-   Ix-Xogħol Oriġinali jew is-Softwer: is-softwer distribwit u/jew ikkomunikat
    millKonċedent tal-Liċenzja skont din il-Liċenzja, disponibbli bħala Kodiċi
    tas-Sors u wkoll bħala Kodiċi Eżegwibbli, skont il-każ li jkun.

-   Xogħlijiet Derivanti: ix-xogħlijiet jew softwer li jistgħu jinħolqu mid-Detentur
    talLiċenzja, ibbażati fuq ix-Xogħol Oriġinali jew modifiki tiegħu. Din il-Liċenzja ma
    tiddefinix sa fejn biċċa xogħol għandha tkun modifikata jew dipendenti fuq ix-Xogħol
    Oriġinali sabiex tiġi kklassifikata bħala Xogħol Derivanti; dan jiġi determinat bil-liġi
    dwar id-drittijiet tal-awtur applikabbli fil-pajjiż imsemmi fl-Artikolu 15.

-   Ix-Xogħol: ix-Xogħol Oriġinali u/jew ix-Xogħlijiet Derivanti tiegħu.

-   Il-Kodiċi tas-Sors: l-għamla tax-Xogħol li tista' tinqara' mill-bniedem li hija l-aktar
    waħda konvenjenti għan-nies biex jistudjawha u jimmodifikawha.

-   Il-Kodiċi Eżegwibbli: kwalunkwe kodiċi li ġie miġbur b'mod ġenerali u li huwa
    intenzjonat li jiġi interpretat minn kompjuter bħala programm.

-   Il-Konċedent tal-Liċenzja: il-persuna naturali jew legali li tiddistribwixxi u/jew
    tikkomunika x-Xogħol permezz tal-Liċenzja.

-   Il-kontributur(i): kwalunkwe persuna naturali jew legali li timmodifika x-Xogħol
    permezz tal-Liċenzja, jew inkella tikkontribwixxi għall-ħolqien ta' Xogħol Derivanti.

-   Id-Detentur tal-Liċenzja jew “Inti”: kwalunkwe persuna naturali jew legali li tuża
    sSoftwer skont ir-rekwiżiti tal-Liċenzja.

-   Distribuzzjoni u/jew Komunikazzjoni: kwalunkwe azzjoni ta' bejgħ, għoti, self, kiri,
    distribuzzjoni, komunikazzjoni, trażmissjoni, jew inkella b’modi oħra t-tqegħid
    għaddispożizzjoni ta' kwalunkwe persuna oħra naturali jew legali ta’ kopji tax-Xogħol,
    onlajn jew offlajn, jew l-għoti ta’ aċċess għall-funzjonalitajiet essenzjali tax-Xogħol
    lil kwalunkwe persuna oħra naturali jew legali.


2. L-ambitu tad-drittijiet mogħtija bil-Liċenzja

Il-Konċedent tal-Liċenzja b'dan Lilek tagħtik liċenzja li tista' tintuża madwar id-dinja
kollha, ħielsa mid-dritt tal-awtur, mhux esklussiva, liċenzja subliċenzjabbli biex tagħmel
dan li ġej, għat-tul ta' żmien stipulat tad-drittijiet tal-awtur mogħtija lixXogħol Oriġinali:

-   tuża x-Xogħol fi kwalunkwe ċirkustanza u għal kull użu,

-   tirriproduċi x-Xogħol,

-   timmodifika x-Xogħol Oriġinali, u tagħmel Xogħlijiet Derivanti bbażati fuqu,

-   tikkomunika lill-pubbliku, inkluż id-dritt li tagħmel disponibbli jew turi
    lillpubbliku x-Xogħol jew kopji tiegħu u li tħaddem ix-Xogħol pubblikament,
    skont ma jkun il-każ,

-   tiddistribwixxi x-Xogħol jew kopji tiegħu,

-   issellef u tikri x-Xogħol jew kopji tiegħu,

-   tissubliċenzja d-drittijiet tal-awtur fix-Xogħol jew kopji tiegħu.

Dawk id-drittijiet jistgħu jiġu eżerċitati fi kwalunkwe midja, supporti u formati,
kemm dawk magħrufin bħalissa kif ukoll dawk li jiġu skoperti akar tard, sakemm
tippermetti l-liġi applikabbli.

Fil-pajjiżi fejn japplikaw id-drittijiet morali, il-Konċedent tal-Liċenzja jirrinunzja
ddritt tagħha li teżerċita d-dritt morali sal-limitu li tippermetti l-liġi sabiex
il-liċenzja tad-drittijiet ekonomiċi elenkati hawn fuq tkun effettiva.

Il-Konċedent tal-Liċenzja jagħti lid-Detentur tal-Liċenzja drittijiet ta' użu, ħielsa
middrittijiet tal-awtur u mhux esklussivi għal kwalunkwe brevett miżmum millKonċedent
tal-Liċenzja, sa fejn huwa meħtieġ sabiex jintużaw id-drittijiet mogħtija
fuq ix-Xogħol permezz ta' din il-Liċenzja.


3. Il-Komunikazzjoni tal-Kodiċi tas-Sors

Il-Konċedent tal-Liċenzja jista' tipprovdi x-Xogħol jew fl-għamla tal-Kodiċi tas-Sors,
jew bħala Kodiċi Eżegwibbli. Jekk ix-Xogħol jiġi pprovdut bħala Kodiċi Eżegwibbli,
l-Konċedent tal-Liċenzja jipprovdi wkoll kopja li tista' tinqara minn magna tal-Kodiċi
tas-Sors tax-Xogħol flimkien ma' kull kopja tax-Xogħol li l-Konċedent tal-Liċenzja
jiddistribwixxi jew jindika, f'avviż li jinħareġ wara l-avviż tad-drittijiet tal-awtur
mehmuż max-Xogħol, repożitorju fejn il-Kodiċi tas-Sors ikun aċċessibbli faċilment u
bil-libertà sakemm il-Konċedent tal-Liċenzja jkompli jiddistribwixxi u/jew
jikkomunika x-Xogħol.


4. Limitazzjonijiet fuq id-drittijiet tal-awtur

Ma hemm xejn f'din il-Liċenzja li huwa intenzjonat li jċaħħad lid-Detentur talLiċenzja
mill-benefiċċji ta' kwalunkwe eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-drittijiet esklussivi
tal-detenturi tad-drittijiet fix-Xogħol Oriġinali jew Softwer, jew milleżawriment ta'
dawk id-drittijiet jew ta' limitazzjonijiet oħrajn applikabbli għalihom.


5. Obbligi tad-Detentur tal-Liċenzja

L-għoti tad-drittijiet imsemmija hawn fuq huwa soġġett għal xi restrizzjonijiet u
obbligi imposti fuq id-Detentur tal-Liċenzja. Dawk l-obbligi huma kif ġej:

Dritt ta’ attribuzzjoni: Id-Detentur tal-Liċenzja għandu jżomm sħaħ l-avviżi kollha
tad-drittijiet tal-awtur, brevetti jew trademarks u l-avviżi kollha li jirreferu
għalLiċenzja u għar-rinunzja ta' garanziji. Id-Detentur tal-Liċenzja għandu jinkludi kopja
ta' tali avviżi u kopja tal-Liċenzja ma' kull kopja tax-Xogħol li jiddistribwixxi u/jew
jikkomunika. Id-Detentur tal-Liċenzja għandu jara li kull Xogħol Derivanti jkollu
avviżi prominenti li jistqarru li x-Xogħol ġie mmodifikat u d-data tal-modifika.

Klawżola ta' copyleft: Jekk id-Detentur tal-Liċenzja jiddistribwixxi u/jew
jikkomunika kopji tax-Xogħlijiet Oriġinali jew Xogħlijiet Derivanti bbażati fuq
ixXogħol Oriġinali, din id-Distribuzzjoni u/jew Komunikazzjoni għandha ssir skont
ittermini ta’ din il-Liċenzja jew ta’ verżjoni sussegwenti ta’ din il-Liċenzja,
sakemm ixXogħol Oriġinali jkun distribwit espressament biss skont din il-verżjoni
tal-Liċenzja. Id-Detentur tal-Liċenzja (li mbagħad isir il-Konċedent tal-Liċenzja)
ma jista' joffri jew jimponi l-ebda terminu jew kundizzjoni addizzjonali dwar
ix-Xogħol jew Xogħol Derivanti li jbiddlu jew jillimitaw it-termini tal-Liċenzja.

Klawżola ta' kompatibbiltà: Jekk id-Detentur tal-Liċenzja Jiddistribwixxi u/jew
Jikkomunika Xogħlijiet Derivanti jew kopji tagħhom ibbażati kemm fuq ix-Xogħol
Oriġinali kif ukoll fuq xogħol ieħor mogħti liċenzja permezz ta' Liċenzja
Kompatibbli, din id-Distribuzzjoni u/jew Komunikazzjoni tista' issir skont it-termini
ta' din il-Liċenzja Kompatibbli. Għall-finijiet ta' din il-Klawżola, “Liċenzja
Kompatibbli” tirreferi għal-liċenzji elenkati fl-appendiċi mehmuża ma' din ilLiċenzja.
Jekk l-obbligi tad-Detentur tal-Liċenzja skont il-Liċenzja Kompatibbli
jmorru kontra l-obbligi tiegħu skont din il-Liċenzja, l-obbligi tal-Liċenzja
Kompatibbli għandhom jipprevalu.

Il-forniment tal-Kodiċi tas-Sors: Waqt id-distribuzzjoni u/jew komunikazzjoni ta'
kopji tax-Xogħol, id-Detentur tal-Liċenzja għandu jipprovdi kopja tal-Kodiċi tas-Sors
li tinqara bil-magna jew inkella jindika repożitorju fejn dan is-Sors ikun disponibbli
faċilment u mingħajr restrizzjonijiet sakemm id-Detentur tal-Liċenzja jkompli
jiddistribwixxi u/jew jikkomunika x-Xogħol.

Protezzjoni Legali: Din il-Liċenzja ma tagħtix permess għall-użu ta' ismijiet
kummerċjali, trademarks, marki tas-servizz, jew ismijiet tal-Konċedent tal-Liċenzja,
minbarra kif meħtieġ għal użu raġonevoli u normali biex tiddeskrivi l-oriġini taxXogħol
u biex tirriproduċi l-kontenut tal-avviż tad-drittijiet tal-awtur.


6. Katina ta' Oriġini Magħrufa

Il-Konċedent oriġinali tal-Liċenzja jiggarantixxi li d-dritt tal-awtur fuq ix-Xogħol
Oriġinali mogħtija hawn taħt, huwa l-proprjetà tieghu jew liċenzjati lilu u li għandha
l-poter u l-awtorita' li jikkonċedi il-licenzja.

Kull Kontributur jiggarantixxi li d-dritt tal-awtur fuq il-modifiki li jagħmel fixXogħol
huwa l-proprjetà tieg ħu jew li huma mogħtija lilu permezz ta’ liċenzja u li għandu l-poter
u l-awtorità li jikkonċedi l-Liċenzja.

Kull darba li Inti taċċetta l-Liċenzja, il-Konċedent oriġinali tal-Liċenzja u lKontributuri
sussegwenti jikkonċedu liċenzja Lilek għall-kontributi tagħhom għaxXogħol, skont it-termini
ta' din il-Liċenzja.


7. Rinunzja ta' Garanzija

Ix-Xogħol huwa xogħol li għadu għaddej, li jittejjeb kontinwament permezz ta'
kontributuri numerużi. Mhuwiex xogħol lest u għalhekk jista' jkollu difetti jew “bugs”
inerenti f'dan it-tip ta' żvilupp ta' softwer.

Għal din ir-raġuni, ix-Xogħol jiġi pprovdut permezz tal-Liċenzja fuq bażi “tale quale”
u mingħajr garanziji ta' kwalunkwe tip dwar ix-Xogħol, inkluż mingħajr
limitazzjonijiet, kummerċjabilità, adegwatezza għal xi skop partikolari, assenza ta'
difetti jew żbalji, akkuratezza, nuqqas ta' vjolazzjoni ta' drittijiet ta' proprjetà
intelletwali minbarra d-drittijiet tal-awtur kif stabbiliti bl-Artikolu 6 ta' din ilLiċenzja.

Ir-rinunzja tal-garanzija hija parti essenzjali tal-Liċenzja u kundizzjoni għall-għoti ta'
kwalunkwe dritt għax-Xogħol.


8. Rinunzja ta' Responsabbiltà

Għajr fil-każijiet ta' kondotta ħażina volontarja jew ta' ħsarat ikkaġunati direttament lil
persuni naturali, il-Konċedent tal-Liċenzja fl-ebda każ ma jista' jinżamm responsabbli
għal kwalunkwe ħsara diretta jew indiretta, materjali jew morali, ta' kwalunkwe xorta,
li tirriżulta mil-Liċenzja jew mill-użu tax-Xogħol, fosthom mingħajr limitazzjoni,
ħsarat għat-telf ta' avvjament, waqfien mix-xogħol, waqfien jew malfunzjonament talkompjuter,
telf ta' dejta jew ħsara kummerċjali, ukoll jekk il-Konċedent tal-Liċenzja
ġie avżat dwar il-possibbiltà ta' tali ħsara. Madankollu, il-Konċedent tal-Liċenzja jkun
responsabbli skont il-liġijiet statutorji dwar ir-responsabbiltà tal-prodott, sakemm
dawn il-liġijiet japplikaw għax-Xogħol.


9. Ftehimiet Addizzjonali

Waqt li tiddistribwixxi x-Xogħol Oriġinali jew ix-Xogħlijiet Derivanti, Inti tista'
tagħżel li tikkonkludi ftehim addizzjonali biex toffri, u titlob ħlas għal, aċċettazzjoni
ta' sostenn, garanzija, indennità, jew xi obbligi ta' responsabbiltà u/jew servizzi
konsistenti ma' din il-Liċenzja. Madankollu, meta taċċetta tali obbligi, Inti tista'
taġixxi biss f'ismek stess u bir-responsabbiltà tiegħek biss, mhux f'isem il-Konċedent
oriġinali tal-Liċenzja jew kwalunkwe Kontributur ieħor, u dan biss jekk Inti taqbel li
tikkumpensa, tiddefendi, u żżomm ħieles kull Kontributur għal kwalunkwe
obbligazzjoni attwali, jew talba kontra tali Kontributur bil-fatt li Inti aċċettajt
kwalunkwe tali granzija jew responsabbiltà addizzjonali.


10. Aċċettazzjoni tal-Liċenzja

Tista' taċċetta d-dispożizzjonijiet ta' din il-Liċenzja billi tikklikkja l-buttuna “Naqbel”
taħt qiegħ it-tieqa li turi t-test ta' din il-Liċenzja, jew billi taqbel b'xi mod simili ieħor,
skont ir-regoli tal-liġi applikabbli. Billi tikklikkja l-buttuna, Inti tkun qed tindika
laċċettazzjoni ċara u irrevokabbli tiegħek għal din il-Liċenzja bit-termini u lkundizzjonijiet
kollha tagħha.

Bl-istess mod, Inti taċċetta din il-Liċenzja u t-termini u l-kundizzjonijiet kollha tagħha
b'mod irrevokabbli billi teżerċita kwalunkwe dritt mogħti Lilek bl-Artikolu 2 ta' din
il-Liċenzja, bħall-użu tax-Xogħol, il-ħolqien minnek ta' Xogħol Derivanti jew idDistribuzzjoni
u/jew Komunikazzjoni Tiegħek tax-Xogħol jew kopji tiegħu.


11. Informazzjoni għall-pubbliku

Fil-każ ta' kwalunkwe Distribuzzjoni u/jew Komunikazzjoni tax-Xogħol permezz ta'
komunikazzjoni elettronika Minnek (pereżempju, billi toffri li tniżżel ix-Xogħol minn
post remot) il-mezzi ta' distribuzzjoni jew il-midja (pereżempju, websajt) għandhom
tal-anqas jipprovdu għall-pubbliku t-tagħrif meħtieġ bil-liġi applikabbli dwar ilKonċedent
tal-Liċenzja, il-Liċenzja u l-mod kif jista' jkun aċċessibbli, konkluż,
maħżun u riprodott mid-Detentur tal-Liċenzja.


12. Terminazzjoni tal-Liċenzja

Il-Liċenzja u d-drittijiet mogħtija hawn jispiċċaw awtomatikament mal-ksur talkundizzjonijiet
tal-Liċenzja mid-Detentur tal-Liċenzja.

Terminazzjoni bħal din ma ttemmx il-liċenzji ta' kwalunkwe persuna li tkun irċeviet ix-Xogħol
mid-Detentur tal-Liċenzja skont il-Liċenzja, sakemm tali persuni jibqgħu f'konformità sħiħa
mal-Liċenzja.


13. Mixxellanji

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9 hawn fuq, il-Liċenzja tirrappreżenta l-qbil sħiħ
bejn il-Partijiet rigward ix-Xogħol mogħti liċenzja hawnhekk.

Jekk kwalunkwe dispożizzjoni tal-Liċenzja ma tkunx valida jew infurzabbli bil-liġi
applikabbli, dan ma jaffettwax il-validità jew l-infurzar tal-Liċenzja kollha kemm hi.

Dispożizzjoni bħal din għandha tiġi interpretata u/jew mibdula kif meħtieġ sabiex tiġi
valida u infurzabbli.

Il-Kumissjoni Ewropea tista’ tippubblika verżjonijiet b’lingwi oħra u/jew
verżjonijietġodda ta’ din il-Liċenzja, sakemm dan ikun meħtieġ u raġonevoli,
mingħajr ma tnaqqas l-ambitu tad-drittijiet mogħtija bil-Liċenzja. Verżjonijiet ġodda
tal-Liċenzja jiġu ppublikati b'numru uniku tal-verżjoni.

Il-verżjonijiet kollha ta’ din il-Liċenzja bil-lingwi differenti, approvati millKummissjoni
Ewropea, għandhom valur identiku. Il-Partijiet jistgħu jutilizzaw ilverżjoni bil-lingwa
tal-għażla tagħhom.


14. Ġuriżdizzjoni

Kwalunkwe tilwim li jirriżulta mill-interpretazzjoni ta' din il-Liċenzja li jista’ jqum
bejn il-Kummissjoni Ewropea, bħala l-Konċedent tal-Liċenzja, u kwalunkwe Detentur
tal-Liċenzja, ikun soġġett għall-ġuriżdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet
Ewropej, kif stabbilit bl-Artikolu 238 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Kwalunkwe tilwim li jista’ jqum bejn Partijiet, għajr il-Kummissjoni Ewropea, u li
jirriżulta mill-interpretazzjoni ta' din il-Liċenzja, ikun soġġett għall-ġuriżdizzjoni
esklussiva tal-qorti kompetenti fil-post ta' residenza tal-Konċedent tal-Liċenzja jew
fejn huwa stabbilit ix-xogħol primarju tagħha.


15. Liġi applikabbli

Din il-Liċenzja għandha tkun irregolata mil-liġi tal-pajjiż tal-Unjoni Ewropea fejn lKonċedent oriġinali tal-Liċenzja huwa residenti jew għandu l-uffiċċju rreġistrat
tieghu.
Din il-Liċenzja tiġi rregolata bil-liġi Belġjana jekk;

-   jirriżulta tilwim bejn il-Kummissjoni Ewropea, bħala l-Konċedent
    tal-Liċenzja, u kwalunkwe Detentur tal-Liċenzja;

-   l-Konċedent tal-Liċenzja, għajr il-Kummissjoni Ewropea, ma għandhiex
    post ta' residenza jew uffiċċju rreġistrat f'pajjiż tal-Unjoni Ewropea.


===


Appendiċi

“Liċenzji Kompatibbli” skont l-Artikolu 5 tal-EUPL huma:

- GNU General Public License (GNU GPL) v. 2
- Open Software License (OSL) v. 2.1, v. 3.0
- Common Public License v. 1.0
- Eclipse Public License v. 1.0
- Cecill v. 2.0