Liċenzja Pubblika tal-Unjoni Ewropea v.1.1 EUPL © il-Komunità Ewropea 2007 Din il-Liċenzja Pubblika tal-Unjoni Ewropea (l-“EUPL”)[EUPL: "European Union Public Licence"] tapplika għax-Xogħol jew is-Softwer (kif definit hawn taħt) li jiġi pprovdut skont it-termini ta' din il-Liċenzja. Kwalunkwe użu tax-Xogħol, għajr kif awtorizzat permezz ta' din il-Liċenzja, huwa pprojbit (sakemm tali użu ma jkunx kopert bid-drittijiet tal-awtur tax-Xogħol). Ix-Xogħol Oriġinali huwa pprovdut skont ir-rekwiżiti ta' din il-Liċenzja meta lKonċedent tal-Liċenzja (kif definita hawn taħt) ikun ħareġ l-avviż li ġej immedjatament wara li jkun inħareġ l-avviż tad-drittijiet tal-awtur (copyright notice) għax-Xogħol Oriġinali: Mogħti liċenzja f'konformità mal-EUPL v.1.1 jew tkun esprimiet b'xi mod jew ieħor ix-xewqa li tagħti liċenzja f'konformità malEUPL. 1. Definizzjonijiet F'din il-Liċenzja, it-termini li ġejjin għandhom dawn it-tifsiriet: - Il-Liċenzja: din il-Liċenzja. - Ix-Xogħol Oriġinali jew is-Softwer: is-softwer distribwit u/jew ikkomunikat millKonċedent tal-Liċenzja skont din il-Liċenzja, disponibbli bħala Kodiċi tas-Sors u wkoll bħala Kodiċi Eżegwibbli, skont il-każ li jkun. - Xogħlijiet Derivanti: ix-xogħlijiet jew softwer li jistgħu jinħolqu mid-Detentur talLiċenzja, ibbażati fuq ix-Xogħol Oriġinali jew modifiki tiegħu. Din il-Liċenzja ma tiddefinix sa fejn biċċa xogħol għandha tkun modifikata jew dipendenti fuq ix-Xogħol Oriġinali sabiex tiġi kklassifikata bħala Xogħol Derivanti; dan jiġi determinat bil-liġi dwar id-drittijiet tal-awtur applikabbli fil-pajjiż imsemmi fl-Artikolu 15. - Ix-Xogħol: ix-Xogħol Oriġinali u/jew ix-Xogħlijiet Derivanti tiegħu. - Il-Kodiċi tas-Sors: l-għamla tax-Xogħol li tista' tinqara' mill-bniedem li hija l-aktar waħda konvenjenti għan-nies biex jistudjawha u jimmodifikawha. - Il-Kodiċi Eżegwibbli: kwalunkwe kodiċi li ġie miġbur b'mod ġenerali u li huwa intenzjonat li jiġi interpretat minn kompjuter bħala programm. - Il-Konċedent tal-Liċenzja: il-persuna naturali jew legali li tiddistribwixxi u/jew tikkomunika x-Xogħol permezz tal-Liċenzja. - Il-kontributur(i): kwalunkwe persuna naturali jew legali li timmodifika x-Xogħol permezz tal-Liċenzja, jew inkella tikkontribwixxi għall-ħolqien ta' Xogħol Derivanti. - Id-Detentur tal-Liċenzja jew “Inti”: kwalunkwe persuna naturali jew legali li tuża sSoftwer skont ir-rekwiżiti tal-Liċenzja. - Distribuzzjoni u/jew Komunikazzjoni: kwalunkwe azzjoni ta' bejgħ, għoti, self, kiri, distribuzzjoni, komunikazzjoni, trażmissjoni, jew inkella b’modi oħra t-tqegħid għaddispożizzjoni ta' kwalunkwe persuna oħra naturali jew legali ta’ kopji tax-Xogħol, onlajn jew offlajn, jew l-għoti ta’ aċċess għall-funzjonalitajiet essenzjali tax-Xogħol lil kwalunkwe persuna oħra naturali jew legali. 2. L-ambitu tad-drittijiet mogħtija bil-Liċenzja Il-Konċedent tal-Liċenzja b'dan Lilek tagħtik liċenzja li tista' tintuża madwar id-dinja kollha, ħielsa mid-dritt tal-awtur, mhux esklussiva, liċenzja subliċenzjabbli biex tagħmel dan li ġej, għat-tul ta' żmien stipulat tad-drittijiet tal-awtur mogħtija lixXogħol Oriġinali: - tuża x-Xogħol fi kwalunkwe ċirkustanza u għal kull użu, - tirriproduċi x-Xogħol, - timmodifika x-Xogħol Oriġinali, u tagħmel Xogħlijiet Derivanti bbażati fuqu, - tikkomunika lill-pubbliku, inkluż id-dritt li tagħmel disponibbli jew turi lillpubbliku x-Xogħol jew kopji tiegħu u li tħaddem ix-Xogħol pubblikament, skont ma jkun il-każ, - tiddistribwixxi x-Xogħol jew kopji tiegħu, - issellef u tikri x-Xogħol jew kopji tiegħu, - tissubliċenzja d-drittijiet tal-awtur fix-Xogħol jew kopji tiegħu. Dawk id-drittijiet jistgħu jiġu eżerċitati fi kwalunkwe midja, supporti u formati, kemm dawk magħrufin bħalissa kif ukoll dawk li jiġu skoperti akar tard, sakemm tippermetti l-liġi applikabbli. Fil-pajjiżi fejn japplikaw id-drittijiet morali, il-Konċedent tal-Liċenzja jirrinunzja ddritt tagħha li teżerċita d-dritt morali sal-limitu li tippermetti l-liġi sabiex il-liċenzja tad-drittijiet ekonomiċi elenkati hawn fuq tkun effettiva. Il-Konċedent tal-Liċenzja jagħti lid-Detentur tal-Liċenzja drittijiet ta' użu, ħielsa middrittijiet tal-awtur u mhux esklussivi għal kwalunkwe brevett miżmum millKonċedent tal-Liċenzja, sa fejn huwa meħtieġ sabiex jintużaw id-drittijiet mogħtija fuq ix-Xogħol permezz ta' din il-Liċenzja. 3. Il-Komunikazzjoni tal-Kodiċi tas-Sors Il-Konċedent tal-Liċenzja jista' tipprovdi x-Xogħol jew fl-għamla tal-Kodiċi tas-Sors, jew bħala Kodiċi Eżegwibbli. Jekk ix-Xogħol jiġi pprovdut bħala Kodiċi Eżegwibbli, l-Konċedent tal-Liċenzja jipprovdi wkoll kopja li tista' tinqara minn magna tal-Kodiċi tas-Sors tax-Xogħol flimkien ma' kull kopja tax-Xogħol li l-Konċedent tal-Liċenzja jiddistribwixxi jew jindika, f'avviż li jinħareġ wara l-avviż tad-drittijiet tal-awtur mehmuż max-Xogħol, repożitorju fejn il-Kodiċi tas-Sors ikun aċċessibbli faċilment u bil-libertà sakemm il-Konċedent tal-Liċenzja jkompli jiddistribwixxi u/jew jikkomunika x-Xogħol. 4. Limitazzjonijiet fuq id-drittijiet tal-awtur Ma hemm xejn f'din il-Liċenzja li huwa intenzjonat li jċaħħad lid-Detentur talLiċenzja mill-benefiċċji ta' kwalunkwe eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-drittijiet esklussivi tal-detenturi tad-drittijiet fix-Xogħol Oriġinali jew Softwer, jew milleżawriment ta' dawk id-drittijiet jew ta' limitazzjonijiet oħrajn applikabbli għalihom. 5. Obbligi tad-Detentur tal-Liċenzja L-għoti tad-drittijiet imsemmija hawn fuq huwa soġġett għal xi restrizzjonijiet u obbligi imposti fuq id-Detentur tal-Liċenzja. Dawk l-obbligi huma kif ġej: Dritt ta’ attribuzzjoni: Id-Detentur tal-Liċenzja għandu jżomm sħaħ l-avviżi kollha tad-drittijiet tal-awtur, brevetti jew trademarks u l-avviżi kollha li jirreferu għalLiċenzja u għar-rinunzja ta' garanziji. Id-Detentur tal-Liċenzja għandu jinkludi kopja ta' tali avviżi u kopja tal-Liċenzja ma' kull kopja tax-Xogħol li jiddistribwixxi u/jew jikkomunika. Id-Detentur tal-Liċenzja għandu jara li kull Xogħol Derivanti jkollu avviżi prominenti li jistqarru li x-Xogħol ġie mmodifikat u d-data tal-modifika. Klawżola ta' copyleft: Jekk id-Detentur tal-Liċenzja jiddistribwixxi u/jew jikkomunika kopji tax-Xogħlijiet Oriġinali jew Xogħlijiet Derivanti bbażati fuq ixXogħol Oriġinali, din id-Distribuzzjoni u/jew Komunikazzjoni għandha ssir skont ittermini ta’ din il-Liċenzja jew ta’ verżjoni sussegwenti ta’ din il-Liċenzja, sakemm ixXogħol Oriġinali jkun distribwit espressament biss skont din il-verżjoni tal-Liċenzja. Id-Detentur tal-Liċenzja (li mbagħad isir il-Konċedent tal-Liċenzja) ma jista' joffri jew jimponi l-ebda terminu jew kundizzjoni addizzjonali dwar ix-Xogħol jew Xogħol Derivanti li jbiddlu jew jillimitaw it-termini tal-Liċenzja. Klawżola ta' kompatibbiltà: Jekk id-Detentur tal-Liċenzja Jiddistribwixxi u/jew Jikkomunika Xogħlijiet Derivanti jew kopji tagħhom ibbażati kemm fuq ix-Xogħol Oriġinali kif ukoll fuq xogħol ieħor mogħti liċenzja permezz ta' Liċenzja Kompatibbli, din id-Distribuzzjoni u/jew Komunikazzjoni tista' issir skont it-termini ta' din il-Liċenzja Kompatibbli. Għall-finijiet ta' din il-Klawżola, “Liċenzja Kompatibbli” tirreferi għal-liċenzji elenkati fl-appendiċi mehmuża ma' din ilLiċenzja. Jekk l-obbligi tad-Detentur tal-Liċenzja skont il-Liċenzja Kompatibbli jmorru kontra l-obbligi tiegħu skont din il-Liċenzja, l-obbligi tal-Liċenzja Kompatibbli għandhom jipprevalu. Il-forniment tal-Kodiċi tas-Sors: Waqt id-distribuzzjoni u/jew komunikazzjoni ta' kopji tax-Xogħol, id-Detentur tal-Liċenzja għandu jipprovdi kopja tal-Kodiċi tas-Sors li tinqara bil-magna jew inkella jindika repożitorju fejn dan is-Sors ikun disponibbli faċilment u mingħajr restrizzjonijiet sakemm id-Detentur tal-Liċenzja jkompli jiddistribwixxi u/jew jikkomunika x-Xogħol. Protezzjoni Legali: Din il-Liċenzja ma tagħtix permess għall-użu ta' ismijiet kummerċjali, trademarks, marki tas-servizz, jew ismijiet tal-Konċedent tal-Liċenzja, minbarra kif meħtieġ għal użu raġonevoli u normali biex tiddeskrivi l-oriġini taxXogħol u biex tirriproduċi l-kontenut tal-avviż tad-drittijiet tal-awtur. 6. Katina ta' Oriġini Magħrufa Il-Konċedent oriġinali tal-Liċenzja jiggarantixxi li d-dritt tal-awtur fuq ix-Xogħol Oriġinali mogħtija hawn taħt, huwa l-proprjetà tieghu jew liċenzjati lilu u li għandha l-poter u l-awtorita' li jikkonċedi il-licenzja. Kull Kontributur jiggarantixxi li d-dritt tal-awtur fuq il-modifiki li jagħmel fixXogħol huwa l-proprjetà tieg ħu jew li huma mogħtija lilu permezz ta’ liċenzja u li għandu l-poter u l-awtorità li jikkonċedi l-Liċenzja. Kull darba li Inti taċċetta l-Liċenzja, il-Konċedent oriġinali tal-Liċenzja u lKontributuri sussegwenti jikkonċedu liċenzja Lilek għall-kontributi tagħhom għaxXogħol, skont it-termini ta' din il-Liċenzja. 7. Rinunzja ta' Garanzija Ix-Xogħol huwa xogħol li għadu għaddej, li jittejjeb kontinwament permezz ta' kontributuri numerużi. Mhuwiex xogħol lest u għalhekk jista' jkollu difetti jew “bugs” inerenti f'dan it-tip ta' żvilupp ta' softwer. Għal din ir-raġuni, ix-Xogħol jiġi pprovdut permezz tal-Liċenzja fuq bażi “tale quale” u mingħajr garanziji ta' kwalunkwe tip dwar ix-Xogħol, inkluż mingħajr limitazzjonijiet, kummerċjabilità, adegwatezza għal xi skop partikolari, assenza ta' difetti jew żbalji, akkuratezza, nuqqas ta' vjolazzjoni ta' drittijiet ta' proprjetà intelletwali minbarra d-drittijiet tal-awtur kif stabbiliti bl-Artikolu 6 ta' din ilLiċenzja. Ir-rinunzja tal-garanzija hija parti essenzjali tal-Liċenzja u kundizzjoni għall-għoti ta' kwalunkwe dritt għax-Xogħol. 8. Rinunzja ta' Responsabbiltà Għajr fil-każijiet ta' kondotta ħażina volontarja jew ta' ħsarat ikkaġunati direttament lil persuni naturali, il-Konċedent tal-Liċenzja fl-ebda każ ma jista' jinżamm responsabbli għal kwalunkwe ħsara diretta jew indiretta, materjali jew morali, ta' kwalunkwe xorta, li tirriżulta mil-Liċenzja jew mill-użu tax-Xogħol, fosthom mingħajr limitazzjoni, ħsarat għat-telf ta' avvjament, waqfien mix-xogħol, waqfien jew malfunzjonament talkompjuter, telf ta' dejta jew ħsara kummerċjali, ukoll jekk il-Konċedent tal-Liċenzja ġie avżat dwar il-possibbiltà ta' tali ħsara. Madankollu, il-Konċedent tal-Liċenzja jkun responsabbli skont il-liġijiet statutorji dwar ir-responsabbiltà tal-prodott, sakemm dawn il-liġijiet japplikaw għax-Xogħol. 9. Ftehimiet Addizzjonali Waqt li tiddistribwixxi x-Xogħol Oriġinali jew ix-Xogħlijiet Derivanti, Inti tista' tagħżel li tikkonkludi ftehim addizzjonali biex toffri, u titlob ħlas għal, aċċettazzjoni ta' sostenn, garanzija, indennità, jew xi obbligi ta' responsabbiltà u/jew servizzi konsistenti ma' din il-Liċenzja. Madankollu, meta taċċetta tali obbligi, Inti tista' taġixxi biss f'ismek stess u bir-responsabbiltà tiegħek biss, mhux f'isem il-Konċedent oriġinali tal-Liċenzja jew kwalunkwe Kontributur ieħor, u dan biss jekk Inti taqbel li tikkumpensa, tiddefendi, u żżomm ħieles kull Kontributur għal kwalunkwe obbligazzjoni attwali, jew talba kontra tali Kontributur bil-fatt li Inti aċċettajt kwalunkwe tali granzija jew responsabbiltà addizzjonali. 10. Aċċettazzjoni tal-Liċenzja Tista' taċċetta d-dispożizzjonijiet ta' din il-Liċenzja billi tikklikkja l-buttuna “Naqbel” taħt qiegħ it-tieqa li turi t-test ta' din il-Liċenzja, jew billi taqbel b'xi mod simili ieħor, skont ir-regoli tal-liġi applikabbli. Billi tikklikkja l-buttuna, Inti tkun qed tindika laċċettazzjoni ċara u irrevokabbli tiegħek għal din il-Liċenzja bit-termini u lkundizzjonijiet kollha tagħha. Bl-istess mod, Inti taċċetta din il-Liċenzja u t-termini u l-kundizzjonijiet kollha tagħha b'mod irrevokabbli billi teżerċita kwalunkwe dritt mogħti Lilek bl-Artikolu 2 ta' din il-Liċenzja, bħall-użu tax-Xogħol, il-ħolqien minnek ta' Xogħol Derivanti jew idDistribuzzjoni u/jew Komunikazzjoni Tiegħek tax-Xogħol jew kopji tiegħu. 11. Informazzjoni għall-pubbliku Fil-każ ta' kwalunkwe Distribuzzjoni u/jew Komunikazzjoni tax-Xogħol permezz ta' komunikazzjoni elettronika Minnek (pereżempju, billi toffri li tniżżel ix-Xogħol minn post remot) il-mezzi ta' distribuzzjoni jew il-midja (pereżempju, websajt) għandhom tal-anqas jipprovdu għall-pubbliku t-tagħrif meħtieġ bil-liġi applikabbli dwar ilKonċedent tal-Liċenzja, il-Liċenzja u l-mod kif jista' jkun aċċessibbli, konkluż, maħżun u riprodott mid-Detentur tal-Liċenzja. 12. Terminazzjoni tal-Liċenzja Il-Liċenzja u d-drittijiet mogħtija hawn jispiċċaw awtomatikament mal-ksur talkundizzjonijiet tal-Liċenzja mid-Detentur tal-Liċenzja. Terminazzjoni bħal din ma ttemmx il-liċenzji ta' kwalunkwe persuna li tkun irċeviet ix-Xogħol mid-Detentur tal-Liċenzja skont il-Liċenzja, sakemm tali persuni jibqgħu f'konformità sħiħa mal-Liċenzja. 13. Mixxellanji Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9 hawn fuq, il-Liċenzja tirrappreżenta l-qbil sħiħ bejn il-Partijiet rigward ix-Xogħol mogħti liċenzja hawnhekk. Jekk kwalunkwe dispożizzjoni tal-Liċenzja ma tkunx valida jew infurzabbli bil-liġi applikabbli, dan ma jaffettwax il-validità jew l-infurzar tal-Liċenzja kollha kemm hi. Dispożizzjoni bħal din għandha tiġi interpretata u/jew mibdula kif meħtieġ sabiex tiġi valida u infurzabbli. Il-Kumissjoni Ewropea tista’ tippubblika verżjonijiet b’lingwi oħra u/jew verżjonijietġodda ta’ din il-Liċenzja, sakemm dan ikun meħtieġ u raġonevoli, mingħajr ma tnaqqas l-ambitu tad-drittijiet mogħtija bil-Liċenzja. Verżjonijiet ġodda tal-Liċenzja jiġu ppublikati b'numru uniku tal-verżjoni. Il-verżjonijiet kollha ta’ din il-Liċenzja bil-lingwi differenti, approvati millKummissjoni Ewropea, għandhom valur identiku. Il-Partijiet jistgħu jutilizzaw ilverżjoni bil-lingwa tal-għażla tagħhom. 14. Ġuriżdizzjoni Kwalunkwe tilwim li jirriżulta mill-interpretazzjoni ta' din il-Liċenzja li jista’ jqum bejn il-Kummissjoni Ewropea, bħala l-Konċedent tal-Liċenzja, u kwalunkwe Detentur tal-Liċenzja, ikun soġġett għall-ġuriżdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, kif stabbilit bl-Artikolu 238 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Kwalunkwe tilwim li jista’ jqum bejn Partijiet, għajr il-Kummissjoni Ewropea, u li jirriżulta mill-interpretazzjoni ta' din il-Liċenzja, ikun soġġett għall-ġuriżdizzjoni esklussiva tal-qorti kompetenti fil-post ta' residenza tal-Konċedent tal-Liċenzja jew fejn huwa stabbilit ix-xogħol primarju tagħha. 15. Liġi applikabbli Din il-Liċenzja għandha tkun irregolata mil-liġi tal-pajjiż tal-Unjoni Ewropea fejn lKonċedent oriġinali tal-Liċenzja huwa residenti jew għandu l-uffiċċju rreġistrat tieghu. Din il-Liċenzja tiġi rregolata bil-liġi Belġjana jekk; - jirriżulta tilwim bejn il-Kummissjoni Ewropea, bħala l-Konċedent tal-Liċenzja, u kwalunkwe Detentur tal-Liċenzja; - l-Konċedent tal-Liċenzja, għajr il-Kummissjoni Ewropea, ma għandhiex post ta' residenza jew uffiċċju rreġistrat f'pajjiż tal-Unjoni Ewropea. === Appendiċi “Liċenzji Kompatibbli” skont l-Artikolu 5 tal-EUPL huma: - GNU General Public License (GNU GPL) v. 2 - Open Software License (OSL) v. 2.1, v. 3.0 - Common Public License v. 1.0 - Eclipse Public License v. 1.0 - Cecill v. 2.0