Liċenzja Pubblika ta' l-Unjoni Ewropea v.1.0 EUPL © il-Komunità Ewropea 2007 Din il-Liċenzja Pubblika ta' l-Unjoni Ewropea (l-“EUPL”)[EUPL: "European Union Public Licence"] tapplika għax-Xogħol jew isSoftwer (kif definit hawn taħt) li jiġi pprovdut skond il-klawżoli ta' din il-Liċenzja. Kwalunkwe użu tax-Xogħol, minbarra kif awtorizzat permezz ta' din il-Liċenzja huwa pprojbit (sakemm tali użu ma jkunx kopert b’xi dritt tad-detentur tad-dritt ta' l-awtur taxXogħol). Ix-Xogħol Oriġinali huwa previst skond il-klawżoli ta' din il-Liċenzja meta l-Konċedent talLiċenzja (kif definit hawn taħt) ikun ħareġ l-avviż li ġej immedjatament wara li jkun inħareġ l-avviż tad-drittijiet ta' l-awtur (copyright notice) għax-Xogħol Oriġinali: Mogħti liċenzja skond l-EUPL v.1.0 jew ikun esprima b'xi mezz ieħor ix-xewqa li jagħti liċenzja skond l-EUPL. 1. Definizzjonijiet F'din il-Liċenzja, it-termini li ġejjin għandhom dawn it-tifsiriet: − Il-Liċenzja: din il-Liċenzja. − Ix-Xogħol Oriġinali jew is-Softwer: is-softwer distribwit u/jew ikkomunikat millKonċedent tal-Liċenzja skond din il-Liċenzja, disponibbli bħala Kodiċi tas-Sors u wkoll bħala Kodiċi li jista' jiġi esegwit e), skond il-każ li jkun. − Xogħlijiet Derivanti: Ix-xogħlijiet jew softwer li jistgħu jinħolqu mid-Detentur tal-Liċenzja, ibbażati fuq ix-Xogħol Oriġinali jew modifiki tiegħu. Din il-Liċenzja ma tiddefinixxix sa fejn biċċa xogħol għandha tkun modifikata jew dipendenti fuq ixXogħol Oriġinali sabiex tiġi kklassifikata bħala Xogħol Derivanti; dan jiġi determinat bil-liġi dwar id-drittijiet ta' l-awtur applikabbli fil-pajjiż imsemmi fl-Artikolu 15. − Ix-Xogħol: Ix-Xogħol Oriġinali u/jew ix-Xogħlijiet Derivanti tiegħu: − Il-Kodiċi tas-Sors: l-għamla tax-Xogħol li tista' tinqara' mill-bniedem li hija l-aktar waħda konvenjenti għan-nies biex jistudjawha u jimmodifikawha. − Il-Kodiċi li jista' jiġi esegwit: kwalunkwe kodiċi li ġie miġbur b'mod ġenerali u li huwa maħsub biex jiġi interpretat minn kompjuter bħala programm. − Il-Konċedent tal-Liċenzja: il-persuna fiżika jew ġuridika li tiddistribwixxi u/jew tikkomunika x-Xogħol permezz tal-Liċenzja. − Il-kontributur(i): kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li timmodifika x-Xogħol permezz tal-Liċenzja, jew inkella tikkontribwixxi għall-ħolqien ta' Xogħol Derivanti. − Id-Detentur tal-Liċenzja jew “Inti” jew “Lilek”: kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tuża s-Softwer skond il-klawżoli tal-Liċenzja. − Distribuzzjoni u/jew Komunikazzjoni: kwalunkwe azzjoni ta' bejgħ, għoti, self, kiri, distribuzzjoni, komunikazzjoni, trażmissjoni, jew inkella tagħmel disponibbli, onlajn jew offlajn, kopji tax-Xogħol għad-dispożizzjoni ta' kwalunkwe persuna oħra fiżika jew ġuridika. 2. Il-kamp ta' applikazzjoni tad-drittijiet mogħtija bil-Liċenzja Il-Konċedent tal-Liċenzja b'dan jagħti liċenzja Lilek li tista' tintuża madwar id-dinja kollha, ħielsa mill-ħlas ta’ royalties, mhux esklussiva, liċenzja sottoliċenzjabbli biex, għat-tul ta' żmien stipulat tad-drittijiet ta' l-awtur mogħtija lix-Xogħol Oriġinali, tagħmel dan li ġej: − tuża x-Xogħol fi kwalunkwe ċirkustanza u għal kull użu, − tirriproduċi x-Xogħol, − timmodifika x-Xogħol Oriġinali, u tagħmel Xogħlijiet Derivanti bbażati fuqu, − tikkomunika lill-pubbliku, inkluż id-dritt li tagħmel disponibbli jew turi x-Xogħol jew kopji tiegħu lill-pubbliku u tesibixxi fil-pubbliku, skond il-każ, ix-Xogħol, − tiddistribwixxi x-Xogħol jew kopji tiegħu, − issellef u tikri x-Xogħol jew kopji tiegħu, − tissottoliċenzja d-drittijiet ta' l-awtur fix-Xogħol jew kopji tiegħu. Dawn id-drittijiet jistgħu jiġu eżerċitati fi kwalunkwe midja, supports u formati, kemm dawk magħrufin bħalissa kif ukoll dawk li jiġu skoperti akar tard, sakemm tippermetti l-liġi applikabbli. Fil-pajjiżi fejn japplikaw id-drittijiet morali, Il-Konċedent tal-Liċenzja jirrinunzja d-dritt tiegħu li jeżerċita d-dritt morali sal-limitu li tippermetti l-liġi sabiex il-liċenzja tad-drittijiet ekonomiċi elenkati hawn fuq tkun effettiva. Il-Konċedent tal-Liċenzja jagħti lid-Detentur tal-Liċenzja drittijiet ta' użu, ħielsa minn ħlas ta’ royalties u mhux esklussivi għal kwalunkwe privattiva miżmuma mill-Konċendent talLiċenzja, sa fejn hu meħtieġ sabiex jintużaw id-drittijiet mogħtija fuq ix-xoghol permezz ta' din il-Liċenzja. 3. Il-Komunikazzjoni tal-Kodiċi tas-Sors Il-Konċedent tal-Liċenzja jista' jipprovdi x-Xogħol jew fl-għamla tal-Kodiċi tas-Sors, jew bħala Kodiċi li jista' jiġi esegwit.. Jekk ix-Xogħol jiġi pprovdut bħala Kodiċi li jista jiġi esegwit,, il-Konċedent tal-Liċenzja jipprovdi wkoll kopja tal-Kodiċi tas-Sors tax-Xogħol li tista' tinqara minn magna flimkien ma' kull kopja tax-Xogħol li l-Konċedent tal-Liċenzja jiddistribwixxi jew jindika, f'avviż li jinħareġ wara l-avviż tad-drittijiet ta' l-awtur meħmuż max-Xogħol, repożitorju fejn il-Kodiċi tas-Sors ikun aċċessibbli faċilment u mingħajr restrizzjonijiet sakemm il-Konċedent tal-Liċenzja jkompli jiddistribwixxi u/jew jikkomunika x-Xogħol. 4. Limitazzjonijiet fuq id-drittijiet ta' l-awtur Ma hemm xejn f'din il-Liċenzja li huwa intenzjonat li jċaħħad lid-Detentur tal-Liċenzja millbenefiċċji ta' kwalunkwe eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-drittijiet esklussivi tal-propjetarju tad-drittijiet fix-Xogħol Oriġinali jew Softwer, jew mill-eżawriment ta' dawk id-drittijiet jew ta' limitazzjonijiet oħrajn applikabbli għalihom. 5. Obbligi tad-Detentur tal-Liċenzja L-għoti tad-drittijiet imsemmija hawn fuq huwa soġġett għal xi restrizzjonijiet u obbligi imposti fuq id-Detentur tal-Liċenzja. Dawk l-obbligi huma kif ġej: Dritt ta’ attribuzzjoni: Id-Detentur tal-Liċenzja għandu jżomm sħiħ l-avviżi kollha taddrittijiet ta' l-awtur, privattivi jew trademarks u l-avviżi kollha li jirreferu għal-Liċenzja u għar-rinunzja ta' garanziji. Id-Detentur tal-Liċenzja għandu jinkludi kopja ta' tali avviżi u kopja tal-Liċenzja ma' kull kopja tax-Xogħol li hu/hi j/tiddistribwixxi u/jew j/tikkomunika. IdDetentur tal-Liċenzja għandu jara li kull Xogħol Derivanti jkollu avviżi prominenti li jistqarru li x-Xogħol ġie immodifikat u d-data tal-modifika. Klawżola ta' copyleft: Jekk id-Detentur tal-Liċenzja jiddistribwixxi u/jew jikkomunika kopji tax-Xogħlijiet Oriġinali jew Xogħlijiet Derivanti bbażati fuq ix-Xogħol Oriġinali, din idDistribuzzjoni u/jew Komunikazzjoni għandha ssir skond il-klawżoli ta' din il-Liċenzja. IdDetentur tal-Liċenzja (li mbagħad isir il-Konċedent tal-Liċenzja) ma jista' joffri jew jimponi lebda klawżoli jew kundizzjonijiet addizzjonali dwar ix-Xogħol jew Xogħol Derivanti li jbiddlu jew jillimitaw il-klawżoli tal-Liċenzja. Klawżola ta' kompatibilità: Jekk id-Detentur tal-Liċenzja jiddistribwixxi u/jew jikkomunika x-Xogħlijiet Derivanti jew kopji minnhom ibbażati kemm fuq ix-Xogħol Oriġinali kif ukoll fuq xogħol ieħor mogħti b’liċenzja permezz ta' Liċenzja Kompatibbli, din id-Distribuzzjoni u/jew Komunikazzjoni tista' issir skond il-klawżoli ta' din il-Liċenzja Kompatibbli. Għallfinijiet ta' din il-Klawżola, “Liċenzja Kompatibbli” tirreferi għal-liċenzji elenkati fl-appendiċi ta' din il-Liċenzja. Jekk l-obbligi tad-Detentur tal-Liċenzja skond il-Liċenzja Kompatibbli jmorru kontra l-obbligi tiegħu/tagħha taħt din il-Liċenzja, l-obbligi tal-Liċenzja Kompatibbli għandhom jipprevalu. Il-forniment tal-Kodiċi tas-Sors: Waqt id-distribuzzjoni u/jew komunikazzjoni ta' kopji taxXogħol, id-Detentur tal-Liċenzja għandu jipprovdi kopja tal-Kodiċi tas-Sors li tinqara bilmagna jew inkella jindika repożitorju fejn dan is-Sors ikun disponibbli faċilment u mingħajr restrizzjonijiet sakemm id-Detentur tal-Liċenzja jkompli jiddistingwi u/jew jikkomunika xXogħol. Protezzjoni Legali: Din il-Liċenzja ma tagħtix permess għall-użu ta' ismijiet kummerċjali, trademarks, marki tas-servizz, jew ismijiet tal-Konċedent tal-Liċenzja, minbarra kif meħtieġ għal użu raġonevoli u normali biex tiddeskrivi l-oriġini tax-Xogħol u biex tirriproduċi lkontenut ta' l-avviż tad-drittijiet ta' l-awtur. 6. Il-Katina ta' l-Oriġini tal-Awtur Il-Konċedent oriġinali tal-Liċenzja jiggarantixxi li d-dritt ta' l-awtur fuq ix-Xogħol Oriġinali mogħtija hawn taħt huwa l-proprjetà tiegħu/tagħha jew liċenzjat lilu/lilha u li hu/hi għandu/ha l-poter u l-awtorità li jagħti/tagħti l-Liċenzja. Kull Kontributur jiggarantixxi li d-dritt ta' l-awtur fuq il-modifiki li hu/hi jagħmel/tagħmel fix-Xogħol huma l-proprjetà ta' dak/dik il persuna jew li huma mogħtija permezz ta’ liċenzja lil dak/dik il-persuna u li hu/hi għandu/ha l-poter u l-awtorità li jagħti/tagħti l-Liċenzja. Kull darba li Inti, bħala Detentur tal-Liċenzja, tirċievi x-Xogħol, il-Konċedent oriġinali talLiċenzja u l-Kontributuri sussegwenti jagħtu liċenzja Lilek għall-kontributi tagħhom għaxXogħol, skond il-klawżoli ta' din il-Liċenzja. 7. Rinunzja ta' Garanzija Ix-Xogħol huwa xogħol li għadu qed jigi żviluppat, li jittejjeb kontinwament permezz ta' kontributuri numerużi. Mhuwiex xogħol lest u għalhekk jista' jkollu difetti jew “bugs” inerenti f'dan it-tip ta' żvilupp ta' softwer. Għal dawn ir-raġunijiet, ix-Xogħol jiġi pprovdut bil-Liċenzja fuq il-bażi “tale quale” u mingħajr garanziji ta' kwalunkwe tip dwar ix-Xogħol, inkluż mingħajr limitazzjonijiet, kummerċjabilità, adegwatezza għal xi skop partikolari, nuqqasijiet ta' difetti jew żbalji, eżattezza, u nuqqas ta' ksur ta' drittijiet ta' proprjetà intelletwali minbarra d-drittijiet ta' l-awtur kif stabbiliti bl-Artikolu 6 ta' din il-Liċenzja. Ir-rinunzja tal-garanzija hija parti essenzjali tal-Liċenzja u kundizzjoni għall-għoti ta' kwalunkwe drittijiet għax-Xogħol. 8. Rinunzja ta' Responsabbiltà Minbarra fil-każijiet ta' egħmil ħażina volontarju jew ta' danni kkaġunati direttament lil persuni naturali, il-Konċedent tal-Liċenzja fl-ebda każ ma jista' jinżamm responsabbli għal kwalunkwe danni diretti jew indiretti, materjali jew morali, ta' kwalunkwe xorta, li jirriżultaw mil-Liċenzja jew mill-użu tax-Xogħol, fosthom mingħajr limitazzjoni, ħsarat għat-telf ta' avvjament, waqfien mix-xogħol, waqfien tal-kompjuter jew malfunzjonament, telf ta' dejta jew danni kummerċjali, ukoll jekk il-Konċedent tal-Liċenzja ġie avżat dwar il-possibbiltà ta' tali danni. Madankollu, il-Konċedent tal-Liċenzja jkun responsabbli skond il-liġijiet statutorji dwar ir-responsabbiltà tal-prodott sakemm dawn il-liġijiet japplikaw għax-Xogħol. 9. Ftehimiet Addizzjonali Meta tqassam ix-Xogħol Oriġinali jew ix-Xogħlijiet Derivanti, Inti tista' tagħżel li tikkonkludi ftehim addizzjonali biex toffri, u titlob ħlas għal, aċċettazzjoni ta' sostenn, garanzija, indennità, jew xi obbligi ta' responsabbiltà u/jew servizzi konsistenti ma' din il-Liċenzja. Madankollu, meta taċċetta tali obbligi, Inti tista' taġixxi biss f'ismek stess u fuq irresponsabbiltà tiegħek biss, mhux f'isem il-Konċedent oriġinali tal-Liċenzja jew kwalunkwe Kontributur ieħor, u dan biss jekk inti taqbel li tikkumpensa, tiddefendi, u żżomm ħieles kull Kontributur għal kwalunkwe responsabbiltà li jkun daħal għaliha l-Kontributur, jew talbiet kontra tali Kontributur bil-fatt li Inti tkun aċċettajt kwalunkwe tali granzija jew responsabbiltà addizzjonali. 10. Aċċettazzjoni tal-Liċenzja Tista' taċċetta d-dispożizzjonijiet ta' din il-Liċenzja billi tikklikkja fuq il-buttuna “Naqbel” taħt il-biċċa t'isfel tat-tieqa li turi t-test ta' din il-Liċenzja jew billi tafferma l-kunsens b'xi mod simili ieħor, skond ir-regoli tal-liġi applikabbli. Billi tikklikkja fuq il-buttuna inti tkun qed tindika l-aċċettazzjoni ċara u irrevokabbli tiegħek għal din il-Liċenzja il-klawżoli u lkundizzjonijiet kollha tagħha. Bl-istess mod, inti taċċetta din il-Liċenzja u l-klawżoli u l-kundizzjonijiet kollha tagħha b'mod irrevokabbli billi teżerċita kwalunkwe dritt mogħti Lilek bl-Artikolu 2 ta' din il-Liċenzja, bħall-użu tax-Xogħol, il-ħolqien minnek ta' Xogħol Derivanti jew id-Distribuzzjoni u/jew Komunikazzjoni Tiegħek tax-Xogħol jew kopji minnu. 11. Informazzjoni lill-pubbliku Fil-każ ta' kwalunkwe Distribuzzjoni u/jew Komunikazzjoni tax-Xogħol permezz ta' komunikazzjoni elettronika Minnek (per eżempju, billi toffri li tiddawnlowdja x-Xogħol minn post remot) il-mezzi ta' distribuzzjoni jew il-midja (per eżempju, websajt) għandhom talanqas jipprovdu għall-pubbliku it-tagħrif meħtieġ bil-liġi applikabbli dwar l-identifikazzjoni u lindirizz tal-Konċedent tal-Liċenzja, il-Liċenzja u l-mod kif tista' tkun aċċessibbli, konkluża, maħżuna u riprodotta mid-Detentur tal-Liċenzja. 12. Terminazzjoni tal-Liċenzja Il-Liċenzja u d-drittijiet mogħtija hawn jispiċċaw awtomatikament mal-ksur tal-klawżoli talLiċenzja mid-Detentur tal-Liċenzja. Terminazzjoni bħal din ma ttemmx il-liċenzji ta' kwalunkwe persuna li tkun irċeviet ixXogħol mid-Detentur tal-Liċenzja skond il-Liċenzja, sakemm tali persuni jibqgħu f'konformità sħiħa mal-Liċenzja. 13. Mixxellanji Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9 hawn fuq, il-Liċenzja tirrappreżenta l-qbil sħiħ bejn ilPartijiet rigward ix-Xogħol mogħti b’liċenzja hawnhekk. Jekk kwalunkwe dispożizzjoni tal-Liċenzja ma tkunx valida jew infurzabbli bil-liġi applikabbli, dan ma jaffettwax il-validità jew l-infurzar tal-Liċenzja kollha kemm hi. Dispożizzjoni bħal din għandha tiġi interpretata u/jew mibdula kif meħtieġ sabiex tiġi valida u infurzabbli. Il-Kummissjoni Ewropea tista' ddaħħal fis-seħħ traduzzjonijiet u/jew verżjonijiet ġodda ta' din il-Liċenzja li jorbtu, sa fejn dan ikun meħtieġ u raġonevoli. Verżjonijiet ġodda tal-Liċenzja jiġu ppublikati b'numru ta' verżjoni uniku. Il-verżjoni ġdida tal-Liċenzja tibda torbot Lilek hekk kif Inti ssir taf dwar il-pubblikazzjoni tagħha. 14. Il-ġuriżdizzjoni Kwalunkwe tilwim li jirriżulta mill-interpretazzjoni ta' din il-Liċenzja, bejn il-Kummissjoni Ewropea, bħala l-Konċedent tal-Liċenzja, u kwalunkwe Detentur tal-Liċenzja, ikun soġġett għall-ġuriżdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, kif stabbilit blArtikolu 238 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Kwalunkwe tilwim li jirriżulta bejn il-Partijiet, minbarra l-Kummissjoni Ewropea, u li jirriżulta mill-interpretazzjoni ta' din il-Liċenzja, ikun soġġett għall-ġuriżdizzjoni esklussiva tal-qorti kompetenti fil-post ta' residenza tal-Konċedent tal-Liċenzja jew fejn imexxi x-xogħol primarju tiegħu. 15. Liġi applikabbli Din il-Liċenzja għandha tkun regolata mil-liġi tal-pajjiż fl-Unjoni Ewropea fejn il-Konċedent tal-Liċenzja huwa residenti jew għandu l-uffiċċju reġistrat tiegħu. Din il-Liċenzja tiġi regolata bil-liġi Belġjana jekk; − jirriżulta tilwim bejn il-Kummissjoni Ewropea, bħala l-Konċedent tal-Liċenzja, u kwalunkwe Detentur tal-Liċenzja; − il-Konċedent tal-Liċenzja, minbarra l-Kummissjoni Ewropea, ma għandux post ta' residenza jew uffiċċju reġistrat f'pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea. === Appendiċi “Liċenzji Kompatibbli” skond l-artikolu 5 ta' l-EUPL huma: − General Public License (GPL) v. 2 − Open Software License (OSL) v. 2.1, v. 3.0 − Common Public License v. 1.0 − Eclipse Public License v. 1.0 − Cecill v. 2.0