diff options
Diffstat (limited to 'common/EUPL1.1/mt')
-rw-r--r-- | common/EUPL1.1/mt | 309 |
1 files changed, 309 insertions, 0 deletions
diff --git a/common/EUPL1.1/mt b/common/EUPL1.1/mt new file mode 100644 index 0000000..39c2602 --- /dev/null +++ b/common/EUPL1.1/mt @@ -0,0 +1,309 @@ +Liċenzja Pubblika tal-Unjoni Ewropea +v.1.1 + +EUPL © il-Komunità Ewropea 2007 + +Din il-Liċenzja Pubblika tal-Unjoni Ewropea (l-“EUPL”)[EUPL: "European Union Public Licence"] +tapplika għax-Xogħol jew is-Softwer (kif definit hawn taħt) li jiġi pprovdut skont it-termini +ta' din il-Liċenzja. Kwalunkwe użu tax-Xogħol, għajr kif awtorizzat permezz ta' din +il-Liċenzja, huwa pprojbit (sakemm tali użu ma jkunx kopert bid-drittijiet tal-awtur tax-Xogħol). + +Ix-Xogħol Oriġinali huwa pprovdut skont ir-rekwiżiti ta' din il-Liċenzja meta lKonċedent +tal-Liċenzja (kif definita hawn taħt) ikun ħareġ l-avviż li ġej immedjatament wara li jkun +inħareġ l-avviż tad-drittijiet tal-awtur (copyright notice) għax-Xogħol Oriġinali: + + Mogħti liċenzja f'konformità mal-EUPL v.1.1 + +jew tkun esprimiet b'xi mod jew ieħor ix-xewqa li tagħti liċenzja f'konformità malEUPL. + + +1. Definizzjonijiet + +F'din il-Liċenzja, it-termini li ġejjin għandhom dawn it-tifsiriet: + +- Il-Liċenzja: din il-Liċenzja. + +- Ix-Xogħol Oriġinali jew is-Softwer: is-softwer distribwit u/jew ikkomunikat + millKonċedent tal-Liċenzja skont din il-Liċenzja, disponibbli bħala Kodiċi + tas-Sors u wkoll bħala Kodiċi Eżegwibbli, skont il-każ li jkun. + +- Xogħlijiet Derivanti: ix-xogħlijiet jew softwer li jistgħu jinħolqu mid-Detentur + talLiċenzja, ibbażati fuq ix-Xogħol Oriġinali jew modifiki tiegħu. Din il-Liċenzja ma + tiddefinix sa fejn biċċa xogħol għandha tkun modifikata jew dipendenti fuq ix-Xogħol + Oriġinali sabiex tiġi kklassifikata bħala Xogħol Derivanti; dan jiġi determinat bil-liġi + dwar id-drittijiet tal-awtur applikabbli fil-pajjiż imsemmi fl-Artikolu 15. + +- Ix-Xogħol: ix-Xogħol Oriġinali u/jew ix-Xogħlijiet Derivanti tiegħu. + +- Il-Kodiċi tas-Sors: l-għamla tax-Xogħol li tista' tinqara' mill-bniedem li hija l-aktar + waħda konvenjenti għan-nies biex jistudjawha u jimmodifikawha. + +- Il-Kodiċi Eżegwibbli: kwalunkwe kodiċi li ġie miġbur b'mod ġenerali u li huwa + intenzjonat li jiġi interpretat minn kompjuter bħala programm. + +- Il-Konċedent tal-Liċenzja: il-persuna naturali jew legali li tiddistribwixxi u/jew + tikkomunika x-Xogħol permezz tal-Liċenzja. + +- Il-kontributur(i): kwalunkwe persuna naturali jew legali li timmodifika x-Xogħol + permezz tal-Liċenzja, jew inkella tikkontribwixxi għall-ħolqien ta' Xogħol Derivanti. + +- Id-Detentur tal-Liċenzja jew “Inti”: kwalunkwe persuna naturali jew legali li tuża + sSoftwer skont ir-rekwiżiti tal-Liċenzja. + +- Distribuzzjoni u/jew Komunikazzjoni: kwalunkwe azzjoni ta' bejgħ, għoti, self, kiri, + distribuzzjoni, komunikazzjoni, trażmissjoni, jew inkella b’modi oħra t-tqegħid + għaddispożizzjoni ta' kwalunkwe persuna oħra naturali jew legali ta’ kopji tax-Xogħol, + onlajn jew offlajn, jew l-għoti ta’ aċċess għall-funzjonalitajiet essenzjali tax-Xogħol + lil kwalunkwe persuna oħra naturali jew legali. + + +2. L-ambitu tad-drittijiet mogħtija bil-Liċenzja + +Il-Konċedent tal-Liċenzja b'dan Lilek tagħtik liċenzja li tista' tintuża madwar id-dinja +kollha, ħielsa mid-dritt tal-awtur, mhux esklussiva, liċenzja subliċenzjabbli biex tagħmel +dan li ġej, għat-tul ta' żmien stipulat tad-drittijiet tal-awtur mogħtija lixXogħol Oriġinali: + +- tuża x-Xogħol fi kwalunkwe ċirkustanza u għal kull użu, + +- tirriproduċi x-Xogħol, + +- timmodifika x-Xogħol Oriġinali, u tagħmel Xogħlijiet Derivanti bbażati fuqu, + +- tikkomunika lill-pubbliku, inkluż id-dritt li tagħmel disponibbli jew turi + lillpubbliku x-Xogħol jew kopji tiegħu u li tħaddem ix-Xogħol pubblikament, + skont ma jkun il-każ, + +- tiddistribwixxi x-Xogħol jew kopji tiegħu, + +- issellef u tikri x-Xogħol jew kopji tiegħu, + +- tissubliċenzja d-drittijiet tal-awtur fix-Xogħol jew kopji tiegħu. + +Dawk id-drittijiet jistgħu jiġu eżerċitati fi kwalunkwe midja, supporti u formati, +kemm dawk magħrufin bħalissa kif ukoll dawk li jiġu skoperti akar tard, sakemm +tippermetti l-liġi applikabbli. + +Fil-pajjiżi fejn japplikaw id-drittijiet morali, il-Konċedent tal-Liċenzja jirrinunzja +ddritt tagħha li teżerċita d-dritt morali sal-limitu li tippermetti l-liġi sabiex +il-liċenzja tad-drittijiet ekonomiċi elenkati hawn fuq tkun effettiva. + +Il-Konċedent tal-Liċenzja jagħti lid-Detentur tal-Liċenzja drittijiet ta' użu, ħielsa +middrittijiet tal-awtur u mhux esklussivi għal kwalunkwe brevett miżmum millKonċedent +tal-Liċenzja, sa fejn huwa meħtieġ sabiex jintużaw id-drittijiet mogħtija +fuq ix-Xogħol permezz ta' din il-Liċenzja. + + +3. Il-Komunikazzjoni tal-Kodiċi tas-Sors + +Il-Konċedent tal-Liċenzja jista' tipprovdi x-Xogħol jew fl-għamla tal-Kodiċi tas-Sors, +jew bħala Kodiċi Eżegwibbli. Jekk ix-Xogħol jiġi pprovdut bħala Kodiċi Eżegwibbli, +l-Konċedent tal-Liċenzja jipprovdi wkoll kopja li tista' tinqara minn magna tal-Kodiċi +tas-Sors tax-Xogħol flimkien ma' kull kopja tax-Xogħol li l-Konċedent tal-Liċenzja +jiddistribwixxi jew jindika, f'avviż li jinħareġ wara l-avviż tad-drittijiet tal-awtur +mehmuż max-Xogħol, repożitorju fejn il-Kodiċi tas-Sors ikun aċċessibbli faċilment u +bil-libertà sakemm il-Konċedent tal-Liċenzja jkompli jiddistribwixxi u/jew +jikkomunika x-Xogħol. + + +4. Limitazzjonijiet fuq id-drittijiet tal-awtur + +Ma hemm xejn f'din il-Liċenzja li huwa intenzjonat li jċaħħad lid-Detentur talLiċenzja +mill-benefiċċji ta' kwalunkwe eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-drittijiet esklussivi +tal-detenturi tad-drittijiet fix-Xogħol Oriġinali jew Softwer, jew milleżawriment ta' +dawk id-drittijiet jew ta' limitazzjonijiet oħrajn applikabbli għalihom. + + +5. Obbligi tad-Detentur tal-Liċenzja + +L-għoti tad-drittijiet imsemmija hawn fuq huwa soġġett għal xi restrizzjonijiet u +obbligi imposti fuq id-Detentur tal-Liċenzja. Dawk l-obbligi huma kif ġej: + +Dritt ta’ attribuzzjoni: Id-Detentur tal-Liċenzja għandu jżomm sħaħ l-avviżi kollha +tad-drittijiet tal-awtur, brevetti jew trademarks u l-avviżi kollha li jirreferu +għalLiċenzja u għar-rinunzja ta' garanziji. Id-Detentur tal-Liċenzja għandu jinkludi kopja +ta' tali avviżi u kopja tal-Liċenzja ma' kull kopja tax-Xogħol li jiddistribwixxi u/jew +jikkomunika. Id-Detentur tal-Liċenzja għandu jara li kull Xogħol Derivanti jkollu +avviżi prominenti li jistqarru li x-Xogħol ġie mmodifikat u d-data tal-modifika. + +Klawżola ta' copyleft: Jekk id-Detentur tal-Liċenzja jiddistribwixxi u/jew +jikkomunika kopji tax-Xogħlijiet Oriġinali jew Xogħlijiet Derivanti bbażati fuq +ixXogħol Oriġinali, din id-Distribuzzjoni u/jew Komunikazzjoni għandha ssir skont +ittermini ta’ din il-Liċenzja jew ta’ verżjoni sussegwenti ta’ din il-Liċenzja, +sakemm ixXogħol Oriġinali jkun distribwit espressament biss skont din il-verżjoni +tal-Liċenzja. Id-Detentur tal-Liċenzja (li mbagħad isir il-Konċedent tal-Liċenzja) +ma jista' joffri jew jimponi l-ebda terminu jew kundizzjoni addizzjonali dwar +ix-Xogħol jew Xogħol Derivanti li jbiddlu jew jillimitaw it-termini tal-Liċenzja. + +Klawżola ta' kompatibbiltà: Jekk id-Detentur tal-Liċenzja Jiddistribwixxi u/jew +Jikkomunika Xogħlijiet Derivanti jew kopji tagħhom ibbażati kemm fuq ix-Xogħol +Oriġinali kif ukoll fuq xogħol ieħor mogħti liċenzja permezz ta' Liċenzja +Kompatibbli, din id-Distribuzzjoni u/jew Komunikazzjoni tista' issir skont it-termini +ta' din il-Liċenzja Kompatibbli. Għall-finijiet ta' din il-Klawżola, “Liċenzja +Kompatibbli” tirreferi għal-liċenzji elenkati fl-appendiċi mehmuża ma' din ilLiċenzja. +Jekk l-obbligi tad-Detentur tal-Liċenzja skont il-Liċenzja Kompatibbli +jmorru kontra l-obbligi tiegħu skont din il-Liċenzja, l-obbligi tal-Liċenzja +Kompatibbli għandhom jipprevalu. + +Il-forniment tal-Kodiċi tas-Sors: Waqt id-distribuzzjoni u/jew komunikazzjoni ta' +kopji tax-Xogħol, id-Detentur tal-Liċenzja għandu jipprovdi kopja tal-Kodiċi tas-Sors +li tinqara bil-magna jew inkella jindika repożitorju fejn dan is-Sors ikun disponibbli +faċilment u mingħajr restrizzjonijiet sakemm id-Detentur tal-Liċenzja jkompli +jiddistribwixxi u/jew jikkomunika x-Xogħol. + +Protezzjoni Legali: Din il-Liċenzja ma tagħtix permess għall-użu ta' ismijiet +kummerċjali, trademarks, marki tas-servizz, jew ismijiet tal-Konċedent tal-Liċenzja, +minbarra kif meħtieġ għal użu raġonevoli u normali biex tiddeskrivi l-oriġini taxXogħol +u biex tirriproduċi l-kontenut tal-avviż tad-drittijiet tal-awtur. + + +6. Katina ta' Oriġini Magħrufa + +Il-Konċedent oriġinali tal-Liċenzja jiggarantixxi li d-dritt tal-awtur fuq ix-Xogħol +Oriġinali mogħtija hawn taħt, huwa l-proprjetà tieghu jew liċenzjati lilu u li għandha +l-poter u l-awtorita' li jikkonċedi il-licenzja. + +Kull Kontributur jiggarantixxi li d-dritt tal-awtur fuq il-modifiki li jagħmel fixXogħol +huwa l-proprjetà tieg ħu jew li huma mogħtija lilu permezz ta’ liċenzja u li għandu l-poter +u l-awtorità li jikkonċedi l-Liċenzja. + +Kull darba li Inti taċċetta l-Liċenzja, il-Konċedent oriġinali tal-Liċenzja u lKontributuri +sussegwenti jikkonċedu liċenzja Lilek għall-kontributi tagħhom għaxXogħol, skont it-termini +ta' din il-Liċenzja. + + +7. Rinunzja ta' Garanzija + +Ix-Xogħol huwa xogħol li għadu għaddej, li jittejjeb kontinwament permezz ta' +kontributuri numerużi. Mhuwiex xogħol lest u għalhekk jista' jkollu difetti jew “bugs” +inerenti f'dan it-tip ta' żvilupp ta' softwer. + +Għal din ir-raġuni, ix-Xogħol jiġi pprovdut permezz tal-Liċenzja fuq bażi “tale quale” +u mingħajr garanziji ta' kwalunkwe tip dwar ix-Xogħol, inkluż mingħajr +limitazzjonijiet, kummerċjabilità, adegwatezza għal xi skop partikolari, assenza ta' +difetti jew żbalji, akkuratezza, nuqqas ta' vjolazzjoni ta' drittijiet ta' proprjetà +intelletwali minbarra d-drittijiet tal-awtur kif stabbiliti bl-Artikolu 6 ta' din ilLiċenzja. + +Ir-rinunzja tal-garanzija hija parti essenzjali tal-Liċenzja u kundizzjoni għall-għoti ta' +kwalunkwe dritt għax-Xogħol. + + +8. Rinunzja ta' Responsabbiltà + +Għajr fil-każijiet ta' kondotta ħażina volontarja jew ta' ħsarat ikkaġunati direttament lil +persuni naturali, il-Konċedent tal-Liċenzja fl-ebda każ ma jista' jinżamm responsabbli +għal kwalunkwe ħsara diretta jew indiretta, materjali jew morali, ta' kwalunkwe xorta, +li tirriżulta mil-Liċenzja jew mill-użu tax-Xogħol, fosthom mingħajr limitazzjoni, +ħsarat għat-telf ta' avvjament, waqfien mix-xogħol, waqfien jew malfunzjonament talkompjuter, +telf ta' dejta jew ħsara kummerċjali, ukoll jekk il-Konċedent tal-Liċenzja +ġie avżat dwar il-possibbiltà ta' tali ħsara. Madankollu, il-Konċedent tal-Liċenzja jkun +responsabbli skont il-liġijiet statutorji dwar ir-responsabbiltà tal-prodott, sakemm +dawn il-liġijiet japplikaw għax-Xogħol. + + +9. Ftehimiet Addizzjonali + +Waqt li tiddistribwixxi x-Xogħol Oriġinali jew ix-Xogħlijiet Derivanti, Inti tista' +tagħżel li tikkonkludi ftehim addizzjonali biex toffri, u titlob ħlas għal, aċċettazzjoni +ta' sostenn, garanzija, indennità, jew xi obbligi ta' responsabbiltà u/jew servizzi +konsistenti ma' din il-Liċenzja. Madankollu, meta taċċetta tali obbligi, Inti tista' +taġixxi biss f'ismek stess u bir-responsabbiltà tiegħek biss, mhux f'isem il-Konċedent +oriġinali tal-Liċenzja jew kwalunkwe Kontributur ieħor, u dan biss jekk Inti taqbel li +tikkumpensa, tiddefendi, u żżomm ħieles kull Kontributur għal kwalunkwe +obbligazzjoni attwali, jew talba kontra tali Kontributur bil-fatt li Inti aċċettajt +kwalunkwe tali granzija jew responsabbiltà addizzjonali. + + +10. Aċċettazzjoni tal-Liċenzja + +Tista' taċċetta d-dispożizzjonijiet ta' din il-Liċenzja billi tikklikkja l-buttuna “Naqbel” +taħt qiegħ it-tieqa li turi t-test ta' din il-Liċenzja, jew billi taqbel b'xi mod simili ieħor, +skont ir-regoli tal-liġi applikabbli. Billi tikklikkja l-buttuna, Inti tkun qed tindika +laċċettazzjoni ċara u irrevokabbli tiegħek għal din il-Liċenzja bit-termini u lkundizzjonijiet +kollha tagħha. + +Bl-istess mod, Inti taċċetta din il-Liċenzja u t-termini u l-kundizzjonijiet kollha tagħha +b'mod irrevokabbli billi teżerċita kwalunkwe dritt mogħti Lilek bl-Artikolu 2 ta' din +il-Liċenzja, bħall-użu tax-Xogħol, il-ħolqien minnek ta' Xogħol Derivanti jew idDistribuzzjoni +u/jew Komunikazzjoni Tiegħek tax-Xogħol jew kopji tiegħu. + + +11. Informazzjoni għall-pubbliku + +Fil-każ ta' kwalunkwe Distribuzzjoni u/jew Komunikazzjoni tax-Xogħol permezz ta' +komunikazzjoni elettronika Minnek (pereżempju, billi toffri li tniżżel ix-Xogħol minn +post remot) il-mezzi ta' distribuzzjoni jew il-midja (pereżempju, websajt) għandhom +tal-anqas jipprovdu għall-pubbliku t-tagħrif meħtieġ bil-liġi applikabbli dwar ilKonċedent +tal-Liċenzja, il-Liċenzja u l-mod kif jista' jkun aċċessibbli, konkluż, +maħżun u riprodott mid-Detentur tal-Liċenzja. + + +12. Terminazzjoni tal-Liċenzja + +Il-Liċenzja u d-drittijiet mogħtija hawn jispiċċaw awtomatikament mal-ksur talkundizzjonijiet +tal-Liċenzja mid-Detentur tal-Liċenzja. + +Terminazzjoni bħal din ma ttemmx il-liċenzji ta' kwalunkwe persuna li tkun irċeviet ix-Xogħol +mid-Detentur tal-Liċenzja skont il-Liċenzja, sakemm tali persuni jibqgħu f'konformità sħiħa +mal-Liċenzja. + + +13. Mixxellanji + +Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9 hawn fuq, il-Liċenzja tirrappreżenta l-qbil sħiħ +bejn il-Partijiet rigward ix-Xogħol mogħti liċenzja hawnhekk. + +Jekk kwalunkwe dispożizzjoni tal-Liċenzja ma tkunx valida jew infurzabbli bil-liġi +applikabbli, dan ma jaffettwax il-validità jew l-infurzar tal-Liċenzja kollha kemm hi. + +Dispożizzjoni bħal din għandha tiġi interpretata u/jew mibdula kif meħtieġ sabiex tiġi +valida u infurzabbli. + +Il-Kumissjoni Ewropea tista’ tippubblika verżjonijiet b’lingwi oħra u/jew +verżjonijietġodda ta’ din il-Liċenzja, sakemm dan ikun meħtieġ u raġonevoli, +mingħajr ma tnaqqas l-ambitu tad-drittijiet mogħtija bil-Liċenzja. Verżjonijiet ġodda +tal-Liċenzja jiġu ppublikati b'numru uniku tal-verżjoni. + +Il-verżjonijiet kollha ta’ din il-Liċenzja bil-lingwi differenti, approvati millKummissjoni +Ewropea, għandhom valur identiku. Il-Partijiet jistgħu jutilizzaw ilverżjoni bil-lingwa +tal-għażla tagħhom. + + +14. Ġuriżdizzjoni + +Kwalunkwe tilwim li jirriżulta mill-interpretazzjoni ta' din il-Liċenzja li jista’ jqum +bejn il-Kummissjoni Ewropea, bħala l-Konċedent tal-Liċenzja, u kwalunkwe Detentur +tal-Liċenzja, ikun soġġett għall-ġuriżdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet +Ewropej, kif stabbilit bl-Artikolu 238 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. + +Kwalunkwe tilwim li jista’ jqum bejn Partijiet, għajr il-Kummissjoni Ewropea, u li +jirriżulta mill-interpretazzjoni ta' din il-Liċenzja, ikun soġġett għall-ġuriżdizzjoni +esklussiva tal-qorti kompetenti fil-post ta' residenza tal-Konċedent tal-Liċenzja jew +fejn huwa stabbilit ix-xogħol primarju tagħha. + + +15. Liġi applikabbli + +Din il-Liċenzja għandha tkun irregolata mil-liġi tal-pajjiż tal-Unjoni Ewropea fejn lKonċedent oriġinali tal-Liċenzja huwa residenti jew għandu l-uffiċċju rreġistrat +tieghu. +Din il-Liċenzja tiġi rregolata bil-liġi Belġjana jekk; + +- jirriżulta tilwim bejn il-Kummissjoni Ewropea, bħala l-Konċedent + tal-Liċenzja, u kwalunkwe Detentur tal-Liċenzja; + +- l-Konċedent tal-Liċenzja, għajr il-Kummissjoni Ewropea, ma għandhiex + post ta' residenza jew uffiċċju rreġistrat f'pajjiż tal-Unjoni Ewropea. + + +=== + + +Appendiċi + +“Liċenzji Kompatibbli” skont l-Artikolu 5 tal-EUPL huma: + +- GNU General Public License (GNU GPL) v. 2 +- Open Software License (OSL) v. 2.1, v. 3.0 +- Common Public License v. 1.0 +- Eclipse Public License v. 1.0 +- Cecill v. 2.0 + |