diff options
author | Mattias Andrée <maandree@operamail.com> | 2013-04-28 02:27:49 +0200 |
---|---|---|
committer | Mattias Andrée <maandree@operamail.com> | 2013-04-28 02:27:49 +0200 |
commit | cbad4faf0be2a7698966c94224622287fd64a1b7 (patch) | |
tree | c1a4109cbdfe3e6a20add0354b5e62a8145c9955 /common/EUPL1.0/mt | |
parent | Eiffle Forum License (diff) | |
download | licenses-cbad4faf0be2a7698966c94224622287fd64a1b7.tar.gz licenses-cbad4faf0be2a7698966c94224622287fd64a1b7.tar.bz2 licenses-cbad4faf0be2a7698966c94224622287fd64a1b7.tar.xz |
EUPL1.0
Signed-off-by: Mattias Andrée <maandree@operamail.com>
Diffstat (limited to 'common/EUPL1.0/mt')
-rw-r--r-- | common/EUPL1.0/mt | 299 |
1 files changed, 299 insertions, 0 deletions
diff --git a/common/EUPL1.0/mt b/common/EUPL1.0/mt new file mode 100644 index 0000000..6e721a6 --- /dev/null +++ b/common/EUPL1.0/mt @@ -0,0 +1,299 @@ +Liċenzja Pubblika ta' l-Unjoni Ewropea +v.1.0 + +EUPL © il-Komunità Ewropea 2007 + +Din il-Liċenzja Pubblika ta' l-Unjoni Ewropea (l-“EUPL”)[EUPL: "European Union Public Licence"] +tapplika għax-Xogħol jew isSoftwer (kif definit hawn taħt) li jiġi pprovdut skond il-klawżoli +ta' din il-Liċenzja. Kwalunkwe użu tax-Xogħol, minbarra kif awtorizzat permezz ta' din il-Liċenzja +huwa pprojbit (sakemm tali użu ma jkunx kopert b’xi dritt tad-detentur tad-dritt ta' l-awtur +taxXogħol). + +Ix-Xogħol Oriġinali huwa previst skond il-klawżoli ta' din il-Liċenzja meta l-Konċedent talLiċenzja +(kif definit hawn taħt) ikun ħareġ l-avviż li ġej immedjatament wara li jkun inħareġ +l-avviż tad-drittijiet ta' l-awtur (copyright notice) għax-Xogħol Oriġinali: + + Mogħti liċenzja skond l-EUPL v.1.0 + +jew ikun esprima b'xi mezz ieħor ix-xewqa li jagħti liċenzja skond l-EUPL. + + +1. Definizzjonijiet + +F'din il-Liċenzja, it-termini li ġejjin għandhom dawn it-tifsiriet: + +− Il-Liċenzja: din il-Liċenzja. + +− Ix-Xogħol Oriġinali jew is-Softwer: is-softwer distribwit u/jew ikkomunikat + millKonċedent tal-Liċenzja skond din il-Liċenzja, disponibbli bħala Kodiċi + tas-Sors u wkoll bħala Kodiċi li jista' jiġi esegwit e), skond il-każ li jkun. + +− Xogħlijiet Derivanti: Ix-xogħlijiet jew softwer li jistgħu jinħolqu mid-Detentur + tal-Liċenzja, ibbażati fuq ix-Xogħol Oriġinali jew modifiki tiegħu. Din il-Liċenzja + ma tiddefinixxix sa fejn biċċa xogħol għandha tkun modifikata jew dipendenti fuq + ixXogħol Oriġinali sabiex tiġi kklassifikata bħala Xogħol Derivanti; dan jiġi + determinat bil-liġi dwar id-drittijiet ta' l-awtur applikabbli fil-pajjiż imsemmi + fl-Artikolu 15. + +− Ix-Xogħol: Ix-Xogħol Oriġinali u/jew ix-Xogħlijiet Derivanti tiegħu: + +− Il-Kodiċi tas-Sors: l-għamla tax-Xogħol li tista' tinqara' mill-bniedem li hija + l-aktar waħda konvenjenti għan-nies biex jistudjawha u jimmodifikawha. + +− Il-Kodiċi li jista' jiġi esegwit: kwalunkwe kodiċi li ġie miġbur b'mod ġenerali + u li huwa maħsub biex jiġi interpretat minn kompjuter bħala programm. + +− Il-Konċedent tal-Liċenzja: il-persuna fiżika jew ġuridika li tiddistribwixxi u/jew + tikkomunika x-Xogħol permezz tal-Liċenzja. + +− Il-kontributur(i): kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li timmodifika x-Xogħol + permezz tal-Liċenzja, jew inkella tikkontribwixxi għall-ħolqien ta' Xogħol Derivanti. + +− Id-Detentur tal-Liċenzja jew “Inti” jew “Lilek”: kwalunkwe persuna fiżika jew + ġuridika li tuża s-Softwer skond il-klawżoli tal-Liċenzja. + +− Distribuzzjoni u/jew Komunikazzjoni: kwalunkwe azzjoni ta' bejgħ, għoti, self, kiri, + distribuzzjoni, komunikazzjoni, trażmissjoni, jew inkella tagħmel disponibbli, onlajn + jew offlajn, kopji tax-Xogħol għad-dispożizzjoni ta' kwalunkwe persuna oħra fiżika + jew ġuridika. + + +2. Il-kamp ta' applikazzjoni tad-drittijiet mogħtija bil-Liċenzja + +Il-Konċedent tal-Liċenzja b'dan jagħti liċenzja Lilek li tista' tintuża madwar id-dinja kollha, +ħielsa mill-ħlas ta’ royalties, mhux esklussiva, liċenzja sottoliċenzjabbli biex, għat-tul ta' +żmien stipulat tad-drittijiet ta' l-awtur mogħtija lix-Xogħol Oriġinali, tagħmel dan li ġej: + +− tuża x-Xogħol fi kwalunkwe ċirkustanza u għal kull użu, + +− tirriproduċi x-Xogħol, + +− timmodifika x-Xogħol Oriġinali, u tagħmel Xogħlijiet Derivanti bbażati fuqu, + +− tikkomunika lill-pubbliku, inkluż id-dritt li tagħmel disponibbli jew turi x-Xogħol + jew kopji tiegħu lill-pubbliku u tesibixxi fil-pubbliku, skond il-każ, ix-Xogħol, + +− tiddistribwixxi x-Xogħol jew kopji tiegħu, + +− issellef u tikri x-Xogħol jew kopji tiegħu, + +− tissottoliċenzja d-drittijiet ta' l-awtur fix-Xogħol jew kopji tiegħu. + +Dawn id-drittijiet jistgħu jiġu eżerċitati fi kwalunkwe midja, supports u formati, kemm dawk +magħrufin bħalissa kif ukoll dawk li jiġu skoperti akar tard, sakemm tippermetti l-liġi +applikabbli. + +Fil-pajjiżi fejn japplikaw id-drittijiet morali, Il-Konċedent tal-Liċenzja jirrinunzja d-dritt +tiegħu li jeżerċita d-dritt morali sal-limitu li tippermetti l-liġi sabiex il-liċenzja tad-drittijiet +ekonomiċi elenkati hawn fuq tkun effettiva. + +Il-Konċedent tal-Liċenzja jagħti lid-Detentur tal-Liċenzja drittijiet ta' użu, ħielsa minn ħlas ta’ +royalties u mhux esklussivi għal kwalunkwe privattiva miżmuma mill-Konċendent talLiċenzja, sa fejn +hu meħtieġ sabiex jintużaw id-drittijiet mogħtija fuq ix-xoghol permezz ta' din il-Liċenzja. + + +3. Il-Komunikazzjoni tal-Kodiċi tas-Sors + +Il-Konċedent tal-Liċenzja jista' jipprovdi x-Xogħol jew fl-għamla tal-Kodiċi tas-Sors, jew +bħala Kodiċi li jista' jiġi esegwit.. Jekk ix-Xogħol jiġi pprovdut bħala Kodiċi li jista jiġi +esegwit,, il-Konċedent tal-Liċenzja jipprovdi wkoll kopja tal-Kodiċi tas-Sors tax-Xogħol li +tista' tinqara minn magna flimkien ma' kull kopja tax-Xogħol li l-Konċedent tal-Liċenzja +jiddistribwixxi jew jindika, f'avviż li jinħareġ wara l-avviż tad-drittijiet ta' l-awtur meħmuż +max-Xogħol, repożitorju fejn il-Kodiċi tas-Sors ikun aċċessibbli faċilment u mingħajr +restrizzjonijiet sakemm il-Konċedent tal-Liċenzja jkompli jiddistribwixxi u/jew jikkomunika +x-Xogħol. + +4. Limitazzjonijiet fuq id-drittijiet ta' l-awtur + +Ma hemm xejn f'din il-Liċenzja li huwa intenzjonat li jċaħħad lid-Detentur tal-Liċenzja +millbenefiċċji ta' kwalunkwe eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-drittijiet esklussivi tal-propjetarju +tad-drittijiet fix-Xogħol Oriġinali jew Softwer, jew mill-eżawriment ta' dawk id-drittijiet jew +ta' limitazzjonijiet oħrajn applikabbli għalihom. + + +5. Obbligi tad-Detentur tal-Liċenzja + +L-għoti tad-drittijiet imsemmija hawn fuq huwa soġġett għal xi restrizzjonijiet u obbligi +imposti fuq id-Detentur tal-Liċenzja. Dawk l-obbligi huma kif ġej: + +Dritt ta’ attribuzzjoni: Id-Detentur tal-Liċenzja għandu jżomm sħiħ l-avviżi kollha taddrittijiet +ta' l-awtur, privattivi jew trademarks u l-avviżi kollha li jirreferu għal-Liċenzja u għar-rinunzja +ta' garanziji. Id-Detentur tal-Liċenzja għandu jinkludi kopja ta' tali avviżi u kopja tal-Liċenzja +ma' kull kopja tax-Xogħol li hu/hi j/tiddistribwixxi u/jew j/tikkomunika. IdDetentur tal-Liċenzja +għandu jara li kull Xogħol Derivanti jkollu avviżi prominenti li jistqarru li x-Xogħol ġie +immodifikat u d-data tal-modifika. + +Klawżola ta' copyleft: Jekk id-Detentur tal-Liċenzja jiddistribwixxi u/jew jikkomunika kopji +tax-Xogħlijiet Oriġinali jew Xogħlijiet Derivanti bbażati fuq ix-Xogħol Oriġinali, din idDistribuzzjoni +u/jew Komunikazzjoni għandha ssir skond il-klawżoli ta' din il-Liċenzja. IdDetentur tal-Liċenzja +(li mbagħad isir il-Konċedent tal-Liċenzja) ma jista' joffri jew jimponi lebda klawżoli jew +kundizzjonijiet addizzjonali dwar ix-Xogħol jew Xogħol Derivanti li jbiddlu jew jillimitaw il-klawżoli +tal-Liċenzja. + +Klawżola ta' kompatibilità: Jekk id-Detentur tal-Liċenzja jiddistribwixxi u/jew jikkomunika +x-Xogħlijiet Derivanti jew kopji minnhom ibbażati kemm fuq ix-Xogħol Oriġinali kif ukoll +fuq xogħol ieħor mogħti b’liċenzja permezz ta' Liċenzja Kompatibbli, din id-Distribuzzjoni +u/jew Komunikazzjoni tista' issir skond il-klawżoli ta' din il-Liċenzja Kompatibbli. Għallfinijiet +ta' din il-Klawżola, “Liċenzja Kompatibbli” tirreferi għal-liċenzji elenkati fl-appendiċi +ta' din il-Liċenzja. Jekk l-obbligi tad-Detentur tal-Liċenzja skond il-Liċenzja Kompatibbli +jmorru kontra l-obbligi tiegħu/tagħha taħt din il-Liċenzja, l-obbligi tal-Liċenzja Kompatibbli +għandhom jipprevalu. + +Il-forniment tal-Kodiċi tas-Sors: Waqt id-distribuzzjoni u/jew komunikazzjoni ta' kopji taxXogħol, +id-Detentur tal-Liċenzja għandu jipprovdi kopja tal-Kodiċi tas-Sors li tinqara bilmagna jew inkella +jindika repożitorju fejn dan is-Sors ikun disponibbli faċilment u mingħajr restrizzjonijiet sakemm +id-Detentur tal-Liċenzja jkompli jiddistingwi u/jew jikkomunika xXogħol. + +Protezzjoni Legali: Din il-Liċenzja ma tagħtix permess għall-użu ta' ismijiet kummerċjali, +trademarks, marki tas-servizz, jew ismijiet tal-Konċedent tal-Liċenzja, minbarra kif meħtieġ +għal użu raġonevoli u normali biex tiddeskrivi l-oriġini tax-Xogħol u biex tirriproduċi lkontenut +ta' l-avviż tad-drittijiet ta' l-awtur. + + +6. Il-Katina ta' l-Oriġini tal-Awtur + +Il-Konċedent oriġinali tal-Liċenzja jiggarantixxi li d-dritt ta' l-awtur fuq ix-Xogħol Oriġinali +mogħtija hawn taħt huwa l-proprjetà tiegħu/tagħha jew liċenzjat lilu/lilha u li hu/hi għandu/ha +l-poter u l-awtorità li jagħti/tagħti l-Liċenzja. + +Kull Kontributur jiggarantixxi li d-dritt ta' l-awtur fuq il-modifiki li hu/hi jagħmel/tagħmel +fix-Xogħol huma l-proprjetà ta' dak/dik il persuna jew li huma mogħtija permezz ta’ liċenzja +lil dak/dik il-persuna u li hu/hi għandu/ha l-poter u l-awtorità li jagħti/tagħti l-Liċenzja. + +Kull darba li Inti, bħala Detentur tal-Liċenzja, tirċievi x-Xogħol, il-Konċedent oriġinali +talLiċenzja u l-Kontributuri sussegwenti jagħtu liċenzja Lilek għall-kontributi tagħhom għaxXogħol, +skond il-klawżoli ta' din il-Liċenzja. + +7. Rinunzja ta' Garanzija + +Ix-Xogħol huwa xogħol li għadu qed jigi żviluppat, li jittejjeb kontinwament permezz ta' +kontributuri numerużi. Mhuwiex xogħol lest u għalhekk jista' jkollu difetti jew “bugs” +inerenti f'dan it-tip ta' żvilupp ta' softwer. + +Għal dawn ir-raġunijiet, ix-Xogħol jiġi pprovdut bil-Liċenzja fuq il-bażi “tale quale” u +mingħajr garanziji ta' kwalunkwe tip dwar ix-Xogħol, inkluż mingħajr limitazzjonijiet, +kummerċjabilità, adegwatezza għal xi skop partikolari, nuqqasijiet ta' difetti jew żbalji, +eżattezza, u nuqqas ta' ksur ta' drittijiet ta' proprjetà intelletwali minbarra +d-drittijiet ta' l-awtur kif stabbiliti bl-Artikolu 6 ta' din il-Liċenzja. + +Ir-rinunzja tal-garanzija hija parti essenzjali tal-Liċenzja u kundizzjoni għall-għoti ta' +kwalunkwe drittijiet għax-Xogħol. + + +8. Rinunzja ta' Responsabbiltà + +Minbarra fil-każijiet ta' egħmil ħażina volontarju jew ta' danni kkaġunati direttament lil +persuni naturali, il-Konċedent tal-Liċenzja fl-ebda każ ma jista' jinżamm responsabbli għal +kwalunkwe danni diretti jew indiretti, materjali jew morali, ta' kwalunkwe xorta, li jirriżultaw +mil-Liċenzja jew mill-użu tax-Xogħol, fosthom mingħajr limitazzjoni, ħsarat għat-telf ta' +avvjament, waqfien mix-xogħol, waqfien tal-kompjuter jew malfunzjonament, telf ta' dejta +jew danni kummerċjali, ukoll jekk il-Konċedent tal-Liċenzja ġie avżat dwar il-possibbiltà ta' +tali danni. Madankollu, il-Konċedent tal-Liċenzja jkun responsabbli skond il-liġijiet statutorji +dwar ir-responsabbiltà tal-prodott sakemm dawn il-liġijiet japplikaw għax-Xogħol. + + +9. Ftehimiet Addizzjonali + +Meta tqassam ix-Xogħol Oriġinali jew ix-Xogħlijiet Derivanti, Inti tista' tagħżel li tikkonkludi +ftehim addizzjonali biex toffri, u titlob ħlas għal, aċċettazzjoni ta' sostenn, garanzija, +indennità, jew xi obbligi ta' responsabbiltà u/jew servizzi konsistenti ma' din il-Liċenzja. +Madankollu, meta taċċetta tali obbligi, Inti tista' taġixxi biss f'ismek stess u fuq irresponsabbiltà +tiegħek biss, mhux f'isem il-Konċedent oriġinali tal-Liċenzja jew kwalunkwe Kontributur ieħor, +u dan biss jekk inti taqbel li tikkumpensa, tiddefendi, u żżomm ħieles kull Kontributur għal +kwalunkwe responsabbiltà li jkun daħal għaliha l-Kontributur, jew talbiet kontra tali Kontributur +bil-fatt li Inti tkun aċċettajt kwalunkwe tali granzija jew responsabbiltà addizzjonali. + + +10. Aċċettazzjoni tal-Liċenzja + +Tista' taċċetta d-dispożizzjonijiet ta' din il-Liċenzja billi tikklikkja fuq il-buttuna “Naqbel” +taħt il-biċċa t'isfel tat-tieqa li turi t-test ta' din il-Liċenzja jew billi tafferma l-kunsens b'xi mod +simili ieħor, skond ir-regoli tal-liġi applikabbli. Billi tikklikkja fuq il-buttuna inti tkun qed +tindika l-aċċettazzjoni ċara u irrevokabbli tiegħek għal din il-Liċenzja il-klawżoli u lkundizzjonijiet kollha tagħha. + +Bl-istess mod, inti taċċetta din il-Liċenzja u l-klawżoli u l-kundizzjonijiet kollha tagħha b'mod +irrevokabbli billi teżerċita kwalunkwe dritt mogħti Lilek bl-Artikolu 2 ta' din il-Liċenzja, +bħall-użu tax-Xogħol, il-ħolqien minnek ta' Xogħol Derivanti jew id-Distribuzzjoni u/jew +Komunikazzjoni Tiegħek tax-Xogħol jew kopji minnu. + + +11. Informazzjoni lill-pubbliku + +Fil-każ ta' kwalunkwe Distribuzzjoni u/jew Komunikazzjoni tax-Xogħol permezz ta' +komunikazzjoni elettronika Minnek (per eżempju, billi toffri li tiddawnlowdja x-Xogħol minn +post remot) il-mezzi ta' distribuzzjoni jew il-midja (per eżempju, websajt) għandhom talanqas +jipprovdu għall-pubbliku it-tagħrif meħtieġ bil-liġi applikabbli dwar l-identifikazzjoni u +lindirizz tal-Konċedent tal-Liċenzja, il-Liċenzja u l-mod kif tista' tkun aċċessibbli, konkluża, +maħżuna u riprodotta mid-Detentur tal-Liċenzja. + + +12. Terminazzjoni tal-Liċenzja + +Il-Liċenzja u d-drittijiet mogħtija hawn jispiċċaw awtomatikament mal-ksur tal-klawżoli +talLiċenzja mid-Detentur tal-Liċenzja. + +Terminazzjoni bħal din ma ttemmx il-liċenzji ta' kwalunkwe persuna li tkun irċeviet +ixXogħol mid-Detentur tal-Liċenzja skond il-Liċenzja, sakemm tali persuni jibqgħu +f'konformità sħiħa mal-Liċenzja. + + +13. Mixxellanji + +Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9 hawn fuq, il-Liċenzja tirrappreżenta l-qbil sħiħ +bejn ilPartijiet rigward ix-Xogħol mogħti b’liċenzja hawnhekk. + +Jekk kwalunkwe dispożizzjoni tal-Liċenzja ma tkunx valida jew infurzabbli bil-liġi +applikabbli, dan ma jaffettwax il-validità jew l-infurzar tal-Liċenzja kollha kemm hi. +Dispożizzjoni bħal din għandha tiġi interpretata u/jew mibdula kif meħtieġ sabiex tiġi valida u +infurzabbli. + +Il-Kummissjoni Ewropea tista' ddaħħal fis-seħħ traduzzjonijiet u/jew verżjonijiet ġodda ta' din +il-Liċenzja li jorbtu, sa fejn dan ikun meħtieġ u raġonevoli. Verżjonijiet ġodda tal-Liċenzja +jiġu ppublikati b'numru ta' verżjoni uniku. Il-verżjoni ġdida tal-Liċenzja tibda torbot Lilek +hekk kif Inti ssir taf dwar il-pubblikazzjoni tagħha. + + +14. Il-ġuriżdizzjoni + +Kwalunkwe tilwim li jirriżulta mill-interpretazzjoni ta' din il-Liċenzja, bejn il-Kummissjoni +Ewropea, bħala l-Konċedent tal-Liċenzja, u kwalunkwe Detentur tal-Liċenzja, ikun soġġett +għall-ġuriżdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, kif stabbilit blArtikolu +238 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. + +Kwalunkwe tilwim li jirriżulta bejn il-Partijiet, minbarra l-Kummissjoni Ewropea, u li +jirriżulta mill-interpretazzjoni ta' din il-Liċenzja, ikun soġġett għall-ġuriżdizzjoni esklussiva +tal-qorti kompetenti fil-post ta' residenza tal-Konċedent tal-Liċenzja jew fejn imexxi x-xogħol +primarju tiegħu. + + +15. Liġi applikabbli + +Din il-Liċenzja għandha tkun regolata mil-liġi tal-pajjiż fl-Unjoni Ewropea fejn il-Konċedent +tal-Liċenzja huwa residenti jew għandu l-uffiċċju reġistrat tiegħu. + +Din il-Liċenzja tiġi regolata bil-liġi Belġjana jekk; + +− jirriżulta tilwim bejn il-Kummissjoni Ewropea, bħala l-Konċedent tal-Liċenzja, u + kwalunkwe Detentur tal-Liċenzja; + +− il-Konċedent tal-Liċenzja, minbarra l-Kummissjoni Ewropea, ma għandux post ta' + residenza jew uffiċċju reġistrat f'pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea. + + +=== + + +Appendiċi + +“Liċenzji Kompatibbli” skond l-artikolu 5 ta' l-EUPL huma: + +− General Public License (GPL) v. 2 + +− Open Software License (OSL) v. 2.1, v. 3.0 + +− Common Public License v. 1.0 + +− Eclipse Public License v. 1.0 + +− Cecill v. 2.0 + |