aboutsummaryrefslogblamecommitdiffstats
path: root/common/EUPL1.0/mt
blob: 6e721a658f759f4d5fb0d98018224a9e81e426ab (plain) (tree)










































































































































































































































































































                                                                                                                              
Liċenzja Pubblika ta' l-Unjoni Ewropea
v.1.0

EUPL © il-Komunità Ewropea 2007

Din il-Liċenzja Pubblika ta' l-Unjoni Ewropea (l-“EUPL”)[EUPL: "European Union Public Licence"]
tapplika għax-Xogħol jew isSoftwer (kif definit hawn taħt) li jiġi pprovdut skond il-klawżoli
ta' din il-Liċenzja. Kwalunkwe użu tax-Xogħol, minbarra kif awtorizzat permezz ta' din il-Liċenzja
huwa pprojbit (sakemm tali użu ma jkunx kopert b’xi dritt tad-detentur tad-dritt ta' l-awtur
taxXogħol).

Ix-Xogħol Oriġinali huwa previst skond il-klawżoli ta' din il-Liċenzja meta l-Konċedent talLiċenzja
(kif definit hawn taħt) ikun ħareġ l-avviż li ġej immedjatament wara li jkun inħareġ
l-avviż tad-drittijiet ta' l-awtur (copyright notice) għax-Xogħol Oriġinali:

    Mogħti liċenzja skond l-EUPL v.1.0

jew ikun esprima b'xi mezz ieħor ix-xewqa li jagħti liċenzja skond l-EUPL.


1. Definizzjonijiet

F'din il-Liċenzja, it-termini li ġejjin għandhom dawn it-tifsiriet:

−   Il-Liċenzja: din il-Liċenzja.

−   Ix-Xogħol Oriġinali jew is-Softwer: is-softwer distribwit u/jew ikkomunikat
    millKonċedent tal-Liċenzja skond din il-Liċenzja, disponibbli bħala Kodiċi
    tas-Sors u wkoll bħala Kodiċi li jista' jiġi esegwit e), skond il-każ li jkun.

−   Xogħlijiet Derivanti: Ix-xogħlijiet jew softwer li jistgħu jinħolqu mid-Detentur
    tal-Liċenzja, ibbażati fuq ix-Xogħol Oriġinali jew modifiki tiegħu. Din il-Liċenzja
    ma tiddefinixxix sa fejn biċċa xogħol għandha tkun modifikata jew dipendenti fuq
    ixXogħol Oriġinali sabiex tiġi kklassifikata bħala Xogħol Derivanti; dan jiġi
    determinat bil-liġi dwar id-drittijiet ta' l-awtur applikabbli fil-pajjiż imsemmi
    fl-Artikolu 15.

−   Ix-Xogħol: Ix-Xogħol Oriġinali u/jew ix-Xogħlijiet Derivanti tiegħu:

−   Il-Kodiċi tas-Sors: l-għamla tax-Xogħol li tista' tinqara' mill-bniedem li hija
    l-aktar waħda konvenjenti għan-nies biex jistudjawha u jimmodifikawha.

−   Il-Kodiċi li jista' jiġi esegwit: kwalunkwe kodiċi li ġie miġbur b'mod ġenerali
    u li huwa maħsub biex jiġi interpretat minn kompjuter bħala programm.

−   Il-Konċedent tal-Liċenzja: il-persuna fiżika jew ġuridika li tiddistribwixxi u/jew
    tikkomunika x-Xogħol permezz tal-Liċenzja.

−   Il-kontributur(i): kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li timmodifika x-Xogħol
    permezz tal-Liċenzja, jew inkella tikkontribwixxi għall-ħolqien ta' Xogħol Derivanti.

−   Id-Detentur tal-Liċenzja jew “Inti” jew “Lilek”: kwalunkwe persuna fiżika jew
    ġuridika li tuża s-Softwer skond il-klawżoli tal-Liċenzja.

−   Distribuzzjoni u/jew Komunikazzjoni: kwalunkwe azzjoni ta' bejgħ, għoti, self, kiri,
    distribuzzjoni, komunikazzjoni, trażmissjoni, jew inkella tagħmel disponibbli, onlajn
    jew offlajn, kopji tax-Xogħol għad-dispożizzjoni ta' kwalunkwe persuna oħra fiżika
    jew ġuridika.


2. Il-kamp ta' applikazzjoni tad-drittijiet mogħtija bil-Liċenzja

Il-Konċedent tal-Liċenzja b'dan jagħti liċenzja Lilek li tista' tintuża madwar id-dinja kollha,
ħielsa mill-ħlas ta’ royalties, mhux esklussiva, liċenzja sottoliċenzjabbli biex, għat-tul ta'
żmien stipulat tad-drittijiet ta' l-awtur mogħtija lix-Xogħol Oriġinali, tagħmel dan li ġej:

−   tuża x-Xogħol fi kwalunkwe ċirkustanza u għal kull użu,

−   tirriproduċi x-Xogħol,

−   timmodifika x-Xogħol Oriġinali, u tagħmel Xogħlijiet Derivanti bbażati fuqu,

−   tikkomunika lill-pubbliku, inkluż id-dritt li tagħmel disponibbli jew turi x-Xogħol
    jew kopji tiegħu lill-pubbliku u tesibixxi fil-pubbliku, skond il-każ, ix-Xogħol,

−   tiddistribwixxi x-Xogħol jew kopji tiegħu,

−   issellef u tikri x-Xogħol jew kopji tiegħu,

−   tissottoliċenzja d-drittijiet ta' l-awtur fix-Xogħol jew kopji tiegħu.

Dawn id-drittijiet jistgħu jiġu eżerċitati fi kwalunkwe midja, supports u formati, kemm dawk
magħrufin bħalissa kif ukoll dawk li jiġu skoperti akar tard, sakemm tippermetti l-liġi
applikabbli.

Fil-pajjiżi fejn japplikaw id-drittijiet morali, Il-Konċedent tal-Liċenzja jirrinunzja d-dritt
tiegħu li jeżerċita d-dritt morali sal-limitu li tippermetti l-liġi sabiex il-liċenzja tad-drittijiet
ekonomiċi elenkati hawn fuq tkun effettiva.

Il-Konċedent tal-Liċenzja jagħti lid-Detentur tal-Liċenzja drittijiet ta' użu, ħielsa minn ħlas ta’
royalties u mhux esklussivi għal kwalunkwe privattiva miżmuma mill-Konċendent talLiċenzja, sa fejn
hu meħtieġ sabiex jintużaw id-drittijiet mogħtija fuq ix-xoghol permezz ta' din il-Liċenzja.


3. Il-Komunikazzjoni tal-Kodiċi tas-Sors

Il-Konċedent tal-Liċenzja jista' jipprovdi x-Xogħol jew fl-għamla tal-Kodiċi tas-Sors, jew
bħala Kodiċi li jista' jiġi esegwit.. Jekk ix-Xogħol jiġi pprovdut bħala Kodiċi li jista jiġi
esegwit,, il-Konċedent tal-Liċenzja jipprovdi wkoll kopja tal-Kodiċi tas-Sors tax-Xogħol li
tista' tinqara minn magna flimkien ma' kull kopja tax-Xogħol li l-Konċedent tal-Liċenzja
jiddistribwixxi jew jindika, f'avviż li jinħareġ wara l-avviż tad-drittijiet ta' l-awtur meħmuż
max-Xogħol, repożitorju fejn il-Kodiċi tas-Sors ikun aċċessibbli faċilment u mingħajr
restrizzjonijiet sakemm il-Konċedent tal-Liċenzja jkompli jiddistribwixxi u/jew jikkomunika
x-Xogħol.

4. Limitazzjonijiet fuq id-drittijiet ta' l-awtur

Ma hemm xejn f'din il-Liċenzja li huwa intenzjonat li jċaħħad lid-Detentur tal-Liċenzja
millbenefiċċji ta' kwalunkwe eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-drittijiet esklussivi tal-propjetarju
tad-drittijiet fix-Xogħol Oriġinali jew Softwer, jew mill-eżawriment ta' dawk id-drittijiet jew
ta' limitazzjonijiet oħrajn applikabbli għalihom.


5. Obbligi tad-Detentur tal-Liċenzja

L-għoti tad-drittijiet imsemmija hawn fuq huwa soġġett għal xi restrizzjonijiet u obbligi
imposti fuq id-Detentur tal-Liċenzja. Dawk l-obbligi huma kif ġej:

Dritt ta’ attribuzzjoni: Id-Detentur tal-Liċenzja għandu jżomm sħiħ l-avviżi kollha taddrittijiet
ta' l-awtur, privattivi jew trademarks u l-avviżi kollha li jirreferu għal-Liċenzja u għar-rinunzja
ta' garanziji. Id-Detentur tal-Liċenzja għandu jinkludi kopja ta' tali avviżi u kopja tal-Liċenzja
ma' kull kopja tax-Xogħol li hu/hi j/tiddistribwixxi u/jew j/tikkomunika. IdDetentur tal-Liċenzja
għandu jara li kull Xogħol Derivanti jkollu avviżi prominenti li jistqarru li x-Xogħol ġie
immodifikat u d-data tal-modifika.

Klawżola ta' copyleft: Jekk id-Detentur tal-Liċenzja jiddistribwixxi u/jew jikkomunika kopji
tax-Xogħlijiet Oriġinali jew Xogħlijiet Derivanti bbażati fuq ix-Xogħol Oriġinali, din idDistribuzzjoni
u/jew Komunikazzjoni għandha ssir skond il-klawżoli ta' din il-Liċenzja. IdDetentur tal-Liċenzja
(li mbagħad isir il-Konċedent tal-Liċenzja) ma jista' joffri jew jimponi lebda klawżoli jew
kundizzjonijiet addizzjonali dwar ix-Xogħol jew Xogħol Derivanti li jbiddlu jew jillimitaw il-klawżoli
tal-Liċenzja.

Klawżola ta' kompatibilità: Jekk id-Detentur tal-Liċenzja jiddistribwixxi u/jew jikkomunika
x-Xogħlijiet Derivanti jew kopji minnhom ibbażati kemm fuq ix-Xogħol Oriġinali kif ukoll
fuq xogħol ieħor mogħti b’liċenzja permezz ta' Liċenzja Kompatibbli, din id-Distribuzzjoni
u/jew Komunikazzjoni tista' issir skond il-klawżoli ta' din il-Liċenzja Kompatibbli. Għallfinijiet
ta' din il-Klawżola, “Liċenzja Kompatibbli” tirreferi għal-liċenzji elenkati fl-appendiċi
ta' din il-Liċenzja. Jekk l-obbligi tad-Detentur tal-Liċenzja skond il-Liċenzja Kompatibbli
jmorru kontra l-obbligi tiegħu/tagħha taħt din il-Liċenzja, l-obbligi tal-Liċenzja Kompatibbli
għandhom jipprevalu.

Il-forniment tal-Kodiċi tas-Sors: Waqt id-distribuzzjoni u/jew komunikazzjoni ta' kopji taxXogħol,
id-Detentur tal-Liċenzja għandu jipprovdi kopja tal-Kodiċi tas-Sors li tinqara bilmagna jew inkella
jindika repożitorju fejn dan is-Sors ikun disponibbli faċilment u mingħajr restrizzjonijiet sakemm
id-Detentur tal-Liċenzja jkompli jiddistingwi u/jew jikkomunika xXogħol.

Protezzjoni Legali: Din il-Liċenzja ma tagħtix permess għall-użu ta' ismijiet kummerċjali,
trademarks, marki tas-servizz, jew ismijiet tal-Konċedent tal-Liċenzja, minbarra kif meħtieġ
għal użu raġonevoli u normali biex tiddeskrivi l-oriġini tax-Xogħol u biex tirriproduċi lkontenut
ta' l-avviż tad-drittijiet ta' l-awtur.


6. Il-Katina ta' l-Oriġini tal-Awtur

Il-Konċedent oriġinali tal-Liċenzja jiggarantixxi li d-dritt ta' l-awtur fuq ix-Xogħol Oriġinali
mogħtija hawn taħt huwa l-proprjetà tiegħu/tagħha jew liċenzjat lilu/lilha u li hu/hi għandu/ha
l-poter u l-awtorità li jagħti/tagħti l-Liċenzja.

Kull Kontributur jiggarantixxi li d-dritt ta' l-awtur fuq il-modifiki li hu/hi jagħmel/tagħmel
fix-Xogħol huma l-proprjetà ta' dak/dik il persuna jew li huma mogħtija permezz ta’ liċenzja
lil dak/dik il-persuna u li hu/hi għandu/ha l-poter u l-awtorità li jagħti/tagħti l-Liċenzja.

Kull darba li Inti, bħala Detentur tal-Liċenzja, tirċievi x-Xogħol, il-Konċedent oriġinali
talLiċenzja u l-Kontributuri sussegwenti jagħtu liċenzja Lilek għall-kontributi tagħhom għaxXogħol,
skond il-klawżoli ta' din il-Liċenzja.

7. Rinunzja ta' Garanzija

Ix-Xogħol huwa xogħol li għadu qed jigi żviluppat, li jittejjeb kontinwament permezz ta'
kontributuri numerużi. Mhuwiex xogħol lest u għalhekk jista' jkollu difetti jew “bugs”
inerenti f'dan it-tip ta' żvilupp ta' softwer.

Għal dawn ir-raġunijiet, ix-Xogħol jiġi pprovdut bil-Liċenzja fuq il-bażi “tale quale” u
mingħajr garanziji ta' kwalunkwe tip dwar ix-Xogħol, inkluż mingħajr limitazzjonijiet,
kummerċjabilità, adegwatezza għal xi skop partikolari, nuqqasijiet ta' difetti jew żbalji,
eżattezza, u nuqqas ta' ksur ta' drittijiet ta' proprjetà intelletwali minbarra
d-drittijiet ta' l-awtur kif stabbiliti bl-Artikolu 6 ta' din il-Liċenzja.

Ir-rinunzja tal-garanzija hija parti essenzjali tal-Liċenzja u kundizzjoni għall-għoti ta'
kwalunkwe drittijiet għax-Xogħol.


8. Rinunzja ta' Responsabbiltà

Minbarra fil-każijiet ta' egħmil ħażina volontarju jew ta' danni kkaġunati direttament lil
persuni naturali, il-Konċedent tal-Liċenzja fl-ebda każ ma jista' jinżamm responsabbli għal
kwalunkwe danni diretti jew indiretti, materjali jew morali, ta' kwalunkwe xorta, li jirriżultaw
mil-Liċenzja jew mill-użu tax-Xogħol, fosthom mingħajr limitazzjoni, ħsarat għat-telf ta'
avvjament, waqfien mix-xogħol, waqfien tal-kompjuter jew malfunzjonament, telf ta' dejta
jew danni kummerċjali, ukoll jekk il-Konċedent tal-Liċenzja ġie avżat dwar il-possibbiltà ta'
tali danni. Madankollu, il-Konċedent tal-Liċenzja jkun responsabbli skond il-liġijiet statutorji
dwar ir-responsabbiltà tal-prodott sakemm dawn il-liġijiet japplikaw għax-Xogħol.


9. Ftehimiet Addizzjonali

Meta tqassam ix-Xogħol Oriġinali jew ix-Xogħlijiet Derivanti, Inti tista' tagħżel li tikkonkludi
ftehim addizzjonali biex toffri, u titlob ħlas għal, aċċettazzjoni ta' sostenn, garanzija,
indennità, jew xi obbligi ta' responsabbiltà u/jew servizzi konsistenti ma' din il-Liċenzja.
Madankollu, meta taċċetta tali obbligi, Inti tista' taġixxi biss f'ismek stess u fuq irresponsabbiltà
tiegħek biss, mhux f'isem il-Konċedent oriġinali tal-Liċenzja jew kwalunkwe Kontributur ieħor,
u dan biss jekk inti taqbel li tikkumpensa, tiddefendi, u żżomm ħieles kull Kontributur għal
kwalunkwe responsabbiltà li jkun daħal għaliha l-Kontributur, jew talbiet kontra tali Kontributur
bil-fatt li Inti tkun aċċettajt kwalunkwe tali granzija jew responsabbiltà addizzjonali.


10. Aċċettazzjoni tal-Liċenzja

Tista' taċċetta d-dispożizzjonijiet ta' din il-Liċenzja billi tikklikkja fuq il-buttuna “Naqbel”
taħt il-biċċa t'isfel tat-tieqa li turi t-test ta' din il-Liċenzja jew billi tafferma l-kunsens b'xi mod
simili ieħor, skond ir-regoli tal-liġi applikabbli. Billi tikklikkja fuq il-buttuna inti tkun qed
tindika l-aċċettazzjoni ċara u irrevokabbli tiegħek għal din il-Liċenzja il-klawżoli u lkundizzjonijiet kollha tagħha.

Bl-istess mod, inti taċċetta din il-Liċenzja u l-klawżoli u l-kundizzjonijiet kollha tagħha b'mod
irrevokabbli billi teżerċita kwalunkwe dritt mogħti Lilek bl-Artikolu 2 ta' din il-Liċenzja,
bħall-użu tax-Xogħol, il-ħolqien minnek ta' Xogħol Derivanti jew id-Distribuzzjoni u/jew
Komunikazzjoni Tiegħek tax-Xogħol jew kopji minnu.


11. Informazzjoni lill-pubbliku

Fil-każ ta' kwalunkwe Distribuzzjoni u/jew Komunikazzjoni tax-Xogħol permezz ta'
komunikazzjoni elettronika Minnek (per eżempju, billi toffri li tiddawnlowdja x-Xogħol minn
post remot) il-mezzi ta' distribuzzjoni jew il-midja (per eżempju, websajt) għandhom talanqas
jipprovdu għall-pubbliku it-tagħrif meħtieġ bil-liġi applikabbli dwar l-identifikazzjoni u
lindirizz tal-Konċedent tal-Liċenzja, il-Liċenzja u l-mod kif tista' tkun aċċessibbli, konkluża,
maħżuna u riprodotta mid-Detentur tal-Liċenzja.


12. Terminazzjoni tal-Liċenzja

Il-Liċenzja u d-drittijiet mogħtija hawn jispiċċaw awtomatikament mal-ksur tal-klawżoli
talLiċenzja mid-Detentur tal-Liċenzja.

Terminazzjoni bħal din ma ttemmx il-liċenzji ta' kwalunkwe persuna li tkun irċeviet
ixXogħol mid-Detentur tal-Liċenzja skond il-Liċenzja, sakemm tali persuni jibqgħu
f'konformità sħiħa mal-Liċenzja.


13. Mixxellanji

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9 hawn fuq, il-Liċenzja tirrappreżenta l-qbil sħiħ
bejn ilPartijiet rigward ix-Xogħol mogħti b’liċenzja hawnhekk.

Jekk kwalunkwe dispożizzjoni tal-Liċenzja ma tkunx valida jew infurzabbli bil-liġi
applikabbli, dan ma jaffettwax il-validità jew l-infurzar tal-Liċenzja kollha kemm hi.
Dispożizzjoni bħal din għandha tiġi interpretata u/jew mibdula kif meħtieġ sabiex tiġi valida u
infurzabbli.

Il-Kummissjoni Ewropea tista' ddaħħal fis-seħħ traduzzjonijiet u/jew verżjonijiet ġodda ta' din
il-Liċenzja li jorbtu, sa fejn dan ikun meħtieġ u raġonevoli. Verżjonijiet ġodda tal-Liċenzja
jiġu ppublikati b'numru ta' verżjoni uniku. Il-verżjoni ġdida tal-Liċenzja tibda torbot Lilek
hekk kif Inti ssir taf dwar il-pubblikazzjoni tagħha.


14. Il-ġuriżdizzjoni

Kwalunkwe tilwim li jirriżulta mill-interpretazzjoni ta' din il-Liċenzja, bejn il-Kummissjoni
Ewropea, bħala l-Konċedent tal-Liċenzja, u kwalunkwe Detentur tal-Liċenzja, ikun soġġett
għall-ġuriżdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, kif stabbilit blArtikolu
238 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Kwalunkwe tilwim li jirriżulta bejn il-Partijiet, minbarra l-Kummissjoni Ewropea, u li
jirriżulta mill-interpretazzjoni ta' din il-Liċenzja, ikun soġġett għall-ġuriżdizzjoni esklussiva
tal-qorti kompetenti fil-post ta' residenza tal-Konċedent tal-Liċenzja jew fejn imexxi x-xogħol
primarju tiegħu.


15. Liġi applikabbli

Din il-Liċenzja għandha tkun regolata mil-liġi tal-pajjiż fl-Unjoni Ewropea fejn il-Konċedent
tal-Liċenzja huwa residenti jew għandu l-uffiċċju reġistrat tiegħu.

Din il-Liċenzja tiġi regolata bil-liġi Belġjana jekk;

−   jirriżulta tilwim bejn il-Kummissjoni Ewropea, bħala l-Konċedent tal-Liċenzja, u
    kwalunkwe Detentur tal-Liċenzja;

−   il-Konċedent tal-Liċenzja, minbarra l-Kummissjoni Ewropea, ma għandux post ta'
    residenza jew uffiċċju reġistrat f'pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea.


===


Appendiċi

“Liċenzji Kompatibbli” skond l-artikolu 5 ta' l-EUPL huma:

−   General Public License (GPL) v. 2

−   Open Software License (OSL) v. 2.1, v. 3.0

−   Common Public License v. 1.0

−   Eclipse Public License v. 1.0

−   Cecill v. 2.0